Il-GWU taqbel ma’ sistema trasparenti fil-pagi

  • Set 17, 2019 13:29
  • Miktub minn iNews
"

    Il-General Workers’ Union taqbel mal-proposta mressqa mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Dr Edward Zammit Lewis, għall-introduzzjoni f’pajjiżna ta’ prassi għal trasparenza fil-pagi għax din se tgħin biex ikun hawn stabbilità fil-mobilitazzjoni fis-suq tax-xogħol. Il-GWU taqbel li f’pajjiżna jiddaħħal il-kunċett għax permezz tiegħu jinkixef ukoll l-abbuż li jsir fuq dawk l-impjegati li huma mċaħħda mid-dritt ta’ paga ġusta. 

    Ma jistax ikun li bħala impjegatur filwaqt li tkun kontra li l-impjegati tiegħek ikunu mħeġġa li jissieħbu f’unjin, fl-istess waqt tkun qed topera bi prassi li jiksru d-dritt legali għal paga ugwali u li tiddiskrimina bejn il-ġeneru. 

    Fil-preżent in-nuqqas ta’ għarfien dwar il-pagi qed iwassal biex ikollok diversi forom ta’ abbuż. Jista’ jkollok każ f’kumpaniji li ma jkunux koperti bi ftehim kollettiv – speċjalment fejn hemm prevalenza ta’ kuntratti individwali – fejn żewġ impjegati qed jagħmlu l-istess xogħol, iżda jitħallsu differenti. Jista’ jkollok ukoll każi fejn in-nuqqas ta’ trasparenza fil-pagi jwassal biex ikun hemm diskriminazzjoni skont il-ġeneru f’dawk li huma ħlasijiet ta’ pagi. Xi ħaġa li kienet ukoll imsemmija fir-rapport mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà. 

    Il-GWU kull fejn għandha rappreżentanza dejjem imxiet bil-prassi li l-pagi mhux biss ikunu marbuta mal-iskala u l-klassi ta’ xogħol u mhux mal-individwu jew ġeneru, iżda anke li l-istess pagi jkunu ppubblikati. 

    Bħala GWU nemmnu li wasal iż-żmien li f’pajjiżna, fil-mument fejn qed nesperjenzaw tkabbir ekonomiku, jinqatgħu darba għal dejjem abitudnijiet tal-imgħoddi li jissarfu biss f’diskriminazzjoni u sfruttament. Għalhekk bħala Union nistennew li nkunu parti mit-tfassil ta’ din il-liġi. Bħala GWU nisħqu li l-kompetizzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-effiċjenza u mhux fuq ġirja l’isfel fil-pagi. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0