Matteo Renzi jirriżenja mill-PD u jgħid li se jifforma partit ġdid

  • Set 17, 2019 12:20
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jirriżenja għal kollox mill-Partit Demokratiku (PD) biex jifforma partit politiku ġdid ċentrali. Din hija mossa li kummentaturi politiċi saħqu li taf tiddistabilizza l-Gvern ġdid Taljan.

    “Wara seba’ snin naħseb li tajjeb li wieħed jinnota li l-valuri tagħna, l-ideat tagħna, u l-viżjoni tagħna ma jistgħux ikunu suġġetti għal ġlied intern,” saħaq Renzi f’kumment fuq il-midja soċjali.

    Madankollu Renzi qal li qed jippjana biex jibni flimkien ma’ persuni oħrajn “dar ġdida biex nagħmlu l-politika b’mod differenti”. Huwa għadda dawn il-kummenti ġimagħtejn biss wara li l-PD ingħaqdet mal-għadu politiku tiegħu, il-Movimento Cinque Stelle.

    Il-Gvern preċedenti li kien jikkonsisti minn koalizzjoni bejn il-Movimento Cinque Stelle u l-partit La Lega kkollassa wara li l-eks-Ministru għall-Intern Matteo Salvini, il-mexxej ta’ La Lega, kien prova jwassal għal elezzjonijijet brikrijin wara li kien irtira l-appoġġ tiegħu lill-Prim Ministru Giuseppe Conte.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0