“Kieku m’għamilniex bidla strutturali fil-qasam tal-enerġija, illum qegħdin niddiskutu biex ngħollu l-kont tad-dawl”

  • Set 17, 2019 11:39
  • Miktub minn iNews
"

    “Ilbieraħ kien hemm aħbar li ħafna policy makers madwar id-dinja jinsabu inkwetati fuqha. Li l-prezz taż-żejt f’ġurnata tela’ ’l fuq b’$10. Li kieku m’għamilniex bidla strutturali fil-qasam tal-enerġija, illum qegħdin f’dan il-Kabinett niddiskutu biex ngħollu l-kont tad-dawl.”

    Qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-bidu ta’ laqgħa tal-Kabinett li saret fil-binja tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali f’Santa Venera. Huwa qal li permezz tal-imsemmija riforma “we future proofed our country”. Stqarr li xokkijiet li m’għandniex kontroll fuqhom bħala pajjiż, fatt bħal dan mhux se jkollu effett dirett fuq il-ħaddiema, familji u pensjonanti Maltin u Għawdxin. “Għalhekk ir-riformi infrastrutturali jeħtieġ li jibqgħu għaddejjin,” stqarr il-Prim Ministru.

    Intant min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna stqarr li fil-baġit li ġej se jkun hemm emfasi kbira fuq il-pensjonanti u l-housing fost oħrajn. Se tkun qed tingħata attenzjoni wkoll dwar it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet, speċjalment dawk regolatorji u finanzjarji.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0