David De Gea jiffirma kuntratt ġdid b’mod uffiċjali

  • Set 17, 2019 00:48
  • Miktub minn iNews
"

    Il-goalkeeper internazzjonali Spanjol, David De Gea, iffirma kuntratt ta’ erba’ snin ma’ Manchester United u qal li jrid jassisti u jgħin lill-players żgħażagħ fl-iskwadra.

    Huwa ffirma sas-sena 2023 wara li ammetta li għad għandu iktar x’jikseb f’Old Trafford.

    De Gea rebaħ il-Premier League, l-FA Cup, il-League Cup, l-Europa League u l-Community Shield mindu ngħaqad mal-United fl-2011.

    “Huwa ta’ privileġġ għalija li ilni tmien snin ma’ dan il-club kbir u l-opportunitá li nkompli l-karriera mal-United huwa unur ġenwin. Mindu ġejt hawn qatt ma kont naħseb li se nilgħab 350 logħba mal-club u issa li l-futur tiegħi huwa setiljat kull ma rrid huwa li ngħin lit-team jikseb iktar unuri flimkien,” huwa qal wara li ffirma l-kuntratt.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0