AĠĠORNAT: L-iskola tħabbar li se toħroġ iċ-ċirkolarijiet biż-żewġ lingwi

  • Set 17, 2019 08:14
  • Miktub minn iNews
"

    AĠĠORNAT: L-iskola li kien qed jirreferi għaliha l-awtur Trevor Zahra ħabbret li din is-sena se tkun qiegħda toħroġ kull ċirkolari kemm bil-lingwa Maltija, kif ukoll bl-Ingliż. Jidher li l-iskola rreaġixxiet mal-ewwel għall-kontroversja li setgħet tinħoloq u għalhekk ħabbret li se tippubblika ċ-ċirkolari biż-żewġ lingwi. 

    AKTAR KMIENI: “Hemm il-periklu li bil-mod il-mod nibdew nitilfu l-lingwa tagħna. Beda jberraq bis-serjetà.” Hekk ikkummenta l-awtur u l-illustratur popolari hekk kif irrefera għal ċirkolari, deskritta minnu bħala tal-mistħija, li Kap tal-Iskola bagħat lill-ġenituri.

    Zahra ppubblika silta miċ-ċirkolari li tgħid li: “Minħabba n0numru ta’ barranin li qed jiżdied ġmielu fl-iskola tagħna, iċ-ċirkolarijiet li jintbagħtu d-dar se jibdew joħorġu kollha bl-Ingliż. Min ikollu problema u jrid spjegazzjoni ta’ xi ċirkolari, ikun jista’ jikkuntattja lill-Amministrazzjoni tal-iskola jew lis-Segretarjat.”

    L-awtur Malti tenna li huwa għandu d-dettalji kollha ta’ liema skola hi u min hija l-persuna responsabbli mill-ħruġ taċ-ċirkolari, madankollu għalissa se jkun qed joqgħod lura milli jxandar id-dettalji.

    Żied jgħid li “xi wħud jieħdu gost jiddikjaraw li aħna pajjiż bilingwi, imma mid-dehra, għalihom dan ma jfissirx li l-Malti u l-Ingliż jgħixu flimkien, imma biss li jitwarrab il-Malti.”

    Saħaq ukoll li kien hemm min ipprotesta mal-awtoritajiet, madankollu s’issa għadu bla tweġiba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0