It-temp mistenni jibqa' bnazzi fl-aħħar ftit ġranet qabel tibda sena skolastika ġdida

  • Set 16, 2019 19:28
  • Miktub minn iNews
"

    Wara l-maltempata qawwija li ħakmet il-gżejjer Maltin il-ġimgħa li għaddiet jidher li s-sajf se jkun qiegħed ikompli jikkuntenta lil dawk li tant ikunu qegħdin jistennewh.

    Skont il-bassara tat-temp 'It-Temp Madwarna' pressjoni għolja se tissaħħaħ fuq l-Ingilterra u wara testendi anke fl-Ewropa ċentrali. Lejn l-aħħar tal-ġimgħa din se tniżżel xi kurrenti kesħin mill-Ewropa ta' Fuq, u għalkemm sa tmiem il-ġimgħa t-temperaturi lokali se jonqsu xi ftit, din l-arja kiesħa mhux se tasal saċ-ċentru tal-Mediterran..

    L-ewwel ġranet tal-ġimgħa se jkunu kkaratterizzati b'temp bnazzi, iżda mill-Erbgħa se tibda tiżdied il-kopertura tas-sħab u xi maltemp mill-Punent tal-Mediterran jibda jersaq viċin.

    Għalkemm mhux esklużi xi ħalbiet ta' xita, it-temperatura tal-baħar għadha sħuna b'medja ta' 27°C.

    B'hekk jidher li l-familji se jkunu jistgħu jgawdu l-aħħar ġranet ta' vaganzi qabel nerġgħu lura għar-rutina skolastika.

    Ritratt: Melvin Farrugia Photography

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0