“Vittmi, u mhix kriminali ta' stoffa”... Jammettu li ppruvaw isiefru b'passaporti foloz

  • Set 16, 2019 12:25
  • Miktub minn iNews
"

    Kindega Bassahae Julia, ta' 31 sena mill-Kamerun, u Angel Ake ta' 35 sena mwielda fil-Kosta tal-Avorju, ingħataw sentenza ta' sitt xhur priġunerija, wara li ammettew li kisbu dokumenti ta' identifikazzjoni u passaporti foloz, bil-għan li jitilqu minn pajjiżna u jmorru jgħixu f'pajjiż Ewropew ieħor.

    Kien fi-15 ta' Settembru 2019 , meta Ake u Julia twaqqfu mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, wara li ppruvaw jirkbu titjira lejn il-belt ta' Berlin bl-użu ta' ċertu dokumenti li mal-ewwel dehru suspettużi għall-uffiċjali tas-sigurta. Jidher li d-dokumenti ittieħdu mill-Pulizija tal-Forensika għal iktar eżamijiet, fejn irriżulta li kienu foloz, bl-Ispettur Prosekutur Frankie Sammut jisħaq li "l-probbabilita kbira hija li dawn id-dokumenti ma nħadmux ġewwa Malta, iżda saru ġewwa pajjiż ieħor barrani, imbagħad ġew impurtati f'pajjiżna."

    L-Ispettur Sammut saħaq kif iż-żewġ nisa kienu immigranti regolari, u li preżentament kienu qegħdin jgħixu ġewwa l-Open Centre ta' Ħal Far. Huwa saħaq li ż-żewġ min-nisa kienu. jitkellmu biss bil-lingwa Franċiża, u għal dan il-għan pajjiżna ma kienx id-destinazzjoni finali tagħhom. L-Ispettur saħaq li f'dan il-każ, kellha tingħata sentenza ta' priġunerija effettiva, minħabba li ż-żewġ akkużati rrikorrew għal mezzi kriminali biex jiksbu passaport u jitilqu minn pajjiżna, minflok applikaw għall-ażil u stennew li jiksbu dak li kien ħaqqhom b'mod regolari u leċitu. Il-Pulizija saħqet ukoll li sentenza ta' priġunerija "huwa deterrent ħafna iktar effettiv kontra dawn it-tip ta' delitti" milli sempliċiment sentenza sospiża.

    Intant, l-Avukat tal-Għajnuna Legali Dr Martin Fenech,  li kien qiegħed jidher għaż-żewġ akkużati, saħaq li kemm Ake u kif ukoll Julia kellhom"każ konkret ta' persekuzzjoni" f'pajjiżhom, u kien dan li ġiegħelhom jaħarbu minn pajjiżhom. Huwa saħaq kif iż-żewġ persuni kellhom fedina penali nadifa, u li ma kellhomx jingħataw sentenza ta' priġunerija għaliex huma kienu biss "vittmi, u mhix kriminali ta' stoffa."

    Madanakollu, abbażi ta' dak li kien deċiż f'numru ta' każijiet simili matul dawn l-aħħar snin, il-Qorti ddeċidiet li tikkundanna kemm lil Julia, u kif ukoll lil Ake, sentenza ta' sitt xhur priġunerija effettiva.

     

    Il-Maġistrat Nadine Lie ppresediet il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0