“Il-Maħbubin ta’ Modena” huma żewġt irġiel

  • Set 16, 2019 12:03
  • Miktub minn iNews
"

    L-iskeletri ta’ “koppja” li kienu nstabu jżommu id xulxin f’qabar misjub fl-Italja, sar magħruf li t-tnejn hu­ma rġiel. 

    Is-sess ta’ dawn it-tnejn, li baqgħu magħrufa bħala l-Maħbubin ta’ Modena, ma setax jiġi determinat meta nstabu (fl-2009) minħabba li l-iskeletri kienu deterjorati ħafna. 

    Iżda grazzi għal tek­no­loġija ġdida, ir-riċerkaturi setgħu jwettqu testijiet fuq il-proteini fl-enamel tas-snien, u nstab li dawn l-iskeletri jappartjenu għal żewġt irġiel. Dawn kienu jgħixu bejn l-4 u s-6 seklu Wara Kristu. 

    Ir-relazzjoni bejn dawn it-tnejn hija misteru, iżda r-riċerkaturi qalu li dawn indifnu id f’id bi skop. Uħud issuġġerew li dawn l-iskeletri – li huma ta’ persuni li kellhom bejn wieħed u ieħor l-istess età – setgħu kienu qraba bħal aħwa jew kuġini. Riċerkaturi oħrajn qalu li jista’ jkun li dawn kienu suldati li mietu waqt battalja u ndifnu f’sit li seta’ kien jintuża bħala ċimiterju milita- ri. 

    Ir-riċerkaturi tal-Università ta’ Bologna qalu li din kienet l-ewwel darba li żewġ skeletri tal-istess sess insabu midfuna id f’id. Kien hemm każi fejn instabu skeletri id f’id imma dawn kienu jkunu dejjem ta’ mara u raġel. 

    Lanqas hu magħruf jekk dawn kinux koppja omosesswali, iżda din hija improbabbli ħafna li r-relazzjoni tagħhom setgħet kienet daqshekk pubblika u magħ­rufa minn dawk li difnu­hom. 

    Għalhekk wieħed jista’ jikkonkludi li din is-sejba kompliet toħloq iktar mistoqsijiet f’dan il-każ kurjuż. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0