[FILMAT] “L-isfida tat-trasport hija ta’ poplu sħiħ... għadna fiċ-ċans li negħlbuha”

  • Set 16, 2019 11:30
  • Miktub minn iNews
"

    Għal darb’oħra Malta se tkun qiegħda tieħu sehem fil-ġimgħa Ewropea għall-Mobbiltà fejn numru ta’ kunsilli lokali tul dawn l-aħħar ġimgħat resqu proposti bil-għan li titjieb l-aċċess fil-lokalità. Permezz ta’ fondi minn Transport Malta, diversi kunsilli lokali se jkunu jistgħu jimplimentaw il-proposti tagħhom.

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg spjega li din hija ġimgħa fejn il-Kunsilli Lokali jmexxu attivitajiet biex bniedem jesplora, jesperjenza u forsi jbiddel il-kultura ta’ kif jiċċaqlaq minn post għall-iehor. Huwa qal li hemm diversi affarijiet li wieħed jista’ jagħmel, bħal, “dik il-mixja fil-lokalità, l-użu ta’ rota jew mutur, jew jekk inti tgħix viċin tal-baħar tuża mezz ta’ trasport tal-baħar. It-tama tagħna hija li mbagħad ikun hemm impatt fuq il-kumplament tas-sena.”

    Il-Ministru Borg qal li dawn huma inizjattivi temporanji li se jkun hemm f’numru ta’ lokalitajiet, iżda żied jgħid li mbagħad hemm lokalitajiet oħra li rebħu ammont sostanzjali ta’ flus. It-tliet lokalitajiet li rebħu għall-miżuri permanenti kienu Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ u l-Ħamrun. Il-Ministru Borg spjega li dawn il-lokalitajiet se jkunu qiegħdin jagħmlu proġetti li se jibqgħu hemm. 

    Fil-lokalità tal-Ħamrun se tkun qiegħda ssir żona pedonali, filwaqt li f’Ħaż-Żebbuġ se tkun qiegħda tintuża tricycle, li hija vettura żgħira, biex tnaddaf u tiġbor l-iskart f’partijiet tal-lokalità fejn it-toroq huma dojoq u b’hekk telimina l-konġestjoni li qegħdin joħolqu t-trakkijiet tal-iskart.

    Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech spjega li l-erba’ toroq ta’ madwar żewġ skejjel primarji u l-ġnien pubbliku se jkunu qegħdin jingħaqdu bħala super block fejn bħala lokalità se jaħdmu biex jiġi eliminat it-traffiku u l-karozzi fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tal-iskola. 

    Grech spjega li b’dan il-mod se jkunu qegħdin jaraw li t-tfal jiġu protetti. Huwa żied jgħid li apparti minn hekk se jkunu qegħdin jagħmlu użu mit-teknoloġija fejn se tintuża sistema ta’ electronic bollards u light weight bollards biex jiffaċilitaw ix-xogħol tal-pulizija fiż-żamma tal-ordni.

    Il-Ministru Borg tenna jgħid li din il-bidla fil-kultura hija xi ħaġa li n-nies iridu jagħmlu u mhux il-Kunsilli Lokali jew Transport Malta. Huwa qal li l-isfida tat-trasport hija ta’ poplu sħiħ u li, “flimkien jekk ikollna r-rieda li nbiddlu l-kultura għadna fiċ-ċans li negħlbuha.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0