“Binti, jew niġi ħdejk jew infieq” - missier li tilef lil bintu bil-kanċer qed jiġġieled l-istess marda

  • Set 16, 2019 10:29
  • Miktub minn iNews
"

    Missier li seba' snin ilu tilef lil bintu kawża tal-kanċer issa qed jissielet kontra l-istess marda.

    Noel Bugeja u martu Ritianne tilfu lil binthom Amber fl-eta tenera ta' erba' snin u nofs.

    L-istorja li għaddha minnha kienet waħda mir-rakkonti li xxandru waqt il-maratona ta' ġbir ta' fondi li l-għaqda Puttinu organizzat fi tmiem din il-ġimgħa biex ittaffi mill-ispejjeż li għandha fosthom l-appartamenti fl-Ingilterra fejn toffri akkomodazzjoni lil familji ta' pazjenti.

    Konxju mill-għajnuna li Puttinu ta lill-familja tiegħu, illum Noel jgħin lill-istess għaqda biex tkun f'pożizzjoni aħjar li tgħin nies bħalu li jew huma jew qraba tagħhom qed ibatu minn xi marda.

    L-ewwel sinjali tal-marda rahom proprju fl-anniversarju mill-mewt ta' bintu b'Noel jgħid li meta sar jaf qal lil bintu “issa jew niġi ħdejk jew infieq”.

    Waqt li sostna li huwa jixtieq li mqar għal ftit sekondi bintu tkellmu biex tgħidlu li fejn qiegħda tinsab tajjeb, Noel jgħid li huwa jixtieq ifieq anke biex ma jħallix lil martu waħedha.

    Huwa esprima t-tama li bil-kura jfieq u jgħid li ma jħarisx lura għax il-passat huwa ikrah u għalhekk jippreferi jħares 'il quddiem.

    Noel jiddeskrivi lil Puttinu bħala “anġlu li qiegħed miegħek is-sena kollha” u jsemmi kif barra minn Malta jibqgħu mistagħġbin meta jgħidilhom li l-għaqda tagħti l-akkomodazzjoni b'xejn lill-qraba tal-morda.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0