Il-Ministru Ian Borg iżur il-Birżebbuġa Sailing Club … Transport Malta b’donazzjoni favur it-taħriġ fl-isports u s-sigurtà

  • Set 15, 2019 20:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar il-Birżebbuġa Sailing Club li joffri taħriġ fl-isports tas-sailing matul is-sena kollha. Dan fl-okkażjoni li Transport Malta għamlet donazzjoni ta’ mutur għal dinghy (rhib) li jiswa madwar €5,000 flimkien ma’ donazzjoni oħra tal-fornitur.

    Il-Ministru Borg spjega kif dan l-investiment ser iwassal biex il-club ikompli jtejjeb is-sigurtà u s-servizz li qed joffri lill-bosta studenti.

    Il-Birżebbuġa Sailing Club ilha mwaqqfa mill-1972 u saħansitra matul ix-xhur tas-sajf waslet is-servizz tagħha lil madwar 70 student tal-età bejn ħames snin u għoxrin sena.

    Il-Ministru Borg faħħar il-ħidma ta’ dan il-club, li qiegħed iħareġġ lil dawn it-tfal u liż-żgħażagħ li se jkunu l-baħħara tal-futur, f’settur tal-marittimu li huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija tagħna.

    “Is-settur marittimu huwa ferm importanti u se nkomplu naħdmu biex dawn iż-żgħażagħ ikomplu jsibu opportunitajiet ta’ ħidma u suċċess f’industrija li hija ewlenija fit-tmexxija tal-ekonomija tagħna,” qal il-Ministru Borg. 

    Fl-istess ħin, il-Ministru qal li Transport Malta, li llum kienet qiegħda tagħti din l-għajnuna, ukoll għandha rwol importanti f’dan kollu hekk kif hija l-entità li tirregola s-settur. 

    “Nemmnu fl-għaqdiet kollha li jagħmlu tant ġid bis-saħħa tas-servizzi li jagħtu jew tal-attivitajiet li jtellgħu. U għalhekk bil-qalb ninvestu biex ngħinu lil kull għaqda li trawwem l-ispirtu tal-isport fit-tfal, fiż-żgħażagħ u fil-bqija tal-komunitajiet tagħna. Irridu li l-komunitajiet tagħna jkollhom l-aqwa faċilitajiet u l-impenn tagħna bħala Ministeru huwa favur kwalunkwe ħidma li tpoġġi fuq quddiem il-komunitajiet tagħna, impenn li nemmen li qed joħroġ biċ-ċar fil-ħidma tagħna,” qal il-Ministru Ian Borg. 

    Il-Ministru Borg għalaq billi irrefera għal kemm hu important li l-ħidma li qed issir tħaddan bilanċi essenzjali li jħarsu kemm lejn il-valuri soċjali kif ukoll lejn l-għan li l-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar filwaqt li faħħar lil Transport Malta u lill-fornitur ta’ dan il- kontribut.

    Iċ-Chairman ta’ Transport Malta Sur Joseph Bugeja qal, “Transport Malta temmen bis-sħiħ f’dawn it-tip ta’ inizjattivi għaliex ipoġġu fuq quddiem ir-responsabilità soċjali li għandu jkun hemm lejn l-entitajiet li jaħdmu tant għall-komunitajiet tagħna. Bħala awtorità se nkomplu nahdmu bis-sħiħ biex is settur marittimu jkompli jikber.” 

    Il-President tal-club Joseph Briffa faħħar lill-Ministeru u lil Transport Malta tal-inizjattivi li jieħdu favur għaqdiet sportivi, b’mod speċjali l-għajnuna li kienet qed tingħata llum. Huwa qal li din l-għajnuna ġiet f’waqtha hekk kif bħalissa għaddejja tellieqa internazzjonali li l-club qiegħed jipparteċipa fiha b’għan ġeneruż, fejn id-donazzjonijiet tal-parteċipanti imorru għall-Andrew Simpson Foundation, li tgħin għaqdiet tat-tbaħħir oħra li jkunu għaddejjin mid-diffikultajiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0