Ir-Russja tlesti t-tieni fażi tal-kunsinja tal-missili S-400 lit-Turkija minkejja l-oppożizzjoni tal-Istati Uniti

  • Set 15, 2019 19:44
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru Russu għad-Difiża llum qal li t-tieni fażi tal-kunsinja tas-sistema ta’ difiża kontra attakki mill-ajru tat-tip S-400 lit-Turkija tlestiet.

    Il-kunsinja ta’ din is-sistema kienet parti mill-ftehim li kien intlaħaq bejn il-President Russu Vladimir Putin u dak Tork Recep Tayyip Erdogan bil-għan li tiġi mtejba l-kapaċità tat-Turkija fid-difiża kontra attakki mill-ajru.

    L-ewwel fażi tal-kunsija kienet saret f’Lulju li għadda minkejja oppożizzjoni qawwija mill-Istati Uniti, u l-kunsinja tal-missili S-400 issa mistennija li tibda tiżvolġi f’Ottubru li ġej.

    Fl-2017 ir-Russja u t-Turkija kienu ffinalizzaw ftehim li permezz tiegħu Ankara se tkun qed tirċievi żewġ kunsinji ta’ missili S-400.

    Din is-sistema ta’ difiża hija meqjusa bħala l-aktar avvanzata tat-tip tagħha fir-Russja u kapaċi teqred oġeetti sa distanza ta’ 400 kilometru u f’għoli ta’ 30 kilometru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0