Mexxejja tal-Punent tal-Afrika bi pjan ta' biljun dollaru biex jiġġieldu gruppi armati

  • Set 15, 2019 12:17
  • Miktub minn iNews
"

    Il-mexxejja tal-pajjiżi tal-Punent tal-Afrika ħabbru li se jkunu qed iniedu pjan ta’ biljun dollaru biex jiġġieldu iż-żieda fin-nuqqas ta’ sigurtà fir-reġjun ta’ Sahel. Il-pjan, li se jkun imwettaq bejn l-2020 u l-2024, tħabbar fi tmiem is-Summit għall-Komunità Ekonomika tal-Pajjiżi tal-Punent tal-Afrika (ECOWAS) f’Ouagadougou, Burkina Faso. Mal-mexxejja tal-blokk ingħaqdu wkoll il-mexxejja tal-Mawritanja u ċ-Chad.

    Il-President tan-Niger, Mahamadou Issoufou, qal li ECOWAS waslet għad-deċiżjoni li timmobilizza r-riżorsi finanzjarji sa biljun dollaru fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

    Il-flus, li se jkunu qed jitpoġġew f’fond komuni, se jkunu qed isaħħu l-operazzjonijiet militari tal-pajjiżi involuti, u dawk l-operazzjonijiet militari konġunti fir-reġjun. Dettalji sħaħ tal-pjan se jkunu qed jiġu ppreżentati fis-summit li jmiss ta’ ECOWAS f’Diċembru.

    Ġellieda b’konnessjonijiet mal-għaqdiet terroristiċi ta’ al-Qaeda u l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja (ISIL u ISIS) saħħu l-pożizzjoni tagħhom fir-reġjun matul dawn l-aħħar snin, biex b’hekk meded kbar ta’ art jinsabu fi stat ingovernabbli. Dan filwaqt li qed ikomplu jqanqlu l-vjolenza etnika, speċjalment fil-Mali u l-Burkina Faso.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0