Jinsteraq toilet ta' deheb mastizz li l-valur tiegħu huwa ’l fuq minn miljun ewro!

  • Set 15, 2019 00:16
  • Miktub minn iNews
"

    Toilet ta’ deheb mastizz li kien parti minn esibizzjoni ta’ arti nsteraq kmieni lbieraħ filgħodu minn residenza li fiha kien twieled l-eks mexxej Brittaniku Winston Churchill.

    It-toilet, li kien stmat li kellu valut ta’ madwar $1.25 miljun, kien opra tal-arti tal-artist Taljan Maurizio Cattelan. Huwa kien għadu kemm ġie installat jumejn biss qabel fil-Palazz ta’ Blenheim, fil-Punent ta’ londra, wara li qabel kien intwera lill-pubbliku fil-Mużew Guggenheim ta’ New York.

    Il-Pulizija qed jgħidu li t-toilet insteraq kmieni lbieraħ minn ħallelin li għamlu użu minn żewġ vetturi. Minħabba li t-toilet kien imqabbad mas-sistema ta’ drenaġġ tal-palazz, il-Pulizija qalu wkoll li l-ħallelin għamlu danni kbar ukoll lis-sistema tal-palazz, li huwa meqjus mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt storiku dinji.

    Raġel ta’ 66 sena ġie arrestat b’rabta ma’ dan il-każ, madankollu huwa ma ġiex identifikat u lanqas mixli formalment.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0