“Nibżgħu minn uliedna” … Ġenituri msawtin minn uliedhom

  • Set 15, 2019 08:27
  • Miktub minn iNews
"

    “Illum saret pjuttost xi ħaġa li niltaqgħu magħha ta’ spiss dik li ġenituri jgħidulna li ‘jibżgħu minn uliedhom’. Dawn huma ġenituri, ħafna drabi ommijiet imma mhux biss li jkunu qed jesperjenzaw vjolenza mill-uliedhom.  Sa seba’ snin ilu, dan il-fenomenu ġdid tista’ tgħid li ma kienx jeżisti. Illum, aktar mhu jgħaddi żmien aktar qed naraw dan il-fenomenu jerfa’ rasu.”

    Dan sostnietu ħaddiema soċjali li tkellmet magħna bil-kundizzjoni tal-anonimità dwar dawn il-każi. Inewsmalta tista’ tikkonferma li s'issa quddiem l-APPOĠĠ hemm madwar 130 każ ta’ tfal li kienu qed jużaw vjolenza fuq il-ġenituri tagħhom. L-istess ħaddiema soċjali tgħidilna li dawn huma biss il-każijiet li hemm quddiem l-APPOĠĠ għax hi temmen li l-problema hi ferm aktar mifruxa.

    Tgħidilna li “qed naraw li l-parti l-kbira tal-każi huma minn għaxar snin ‘l fuq. Imma għandna każi ukoll ta’ tfal inqas minn għaxar snin. Tfal li fihom tara ir-rabja u l-aggressjoni. Din tibqa’ tiela’ magħhom. Huma esperjenzi xokkanti”.

    Nistaqsuha xi jkunu l-ewwel kliem li jgħidulha l-ġenituri meta jfittxu l-għajnuna dwar din il-problema. Ħafna drabi jgħidulek ‘it-tifel qed jgħajjat miegħi’, jew ‘qed jerfa’ idejh’.  Ikollna ukoll każi fejn tfal jirrikattaw lill-ġenituri u dan biex ituhom il-flus biex per eżempju joħorġu ma’ sħabhom.

    Mistoqsija x’taħseb li jista’ jwassal għal dawn il-każi ta’ tfal li jużaw il-vjolenza fuq il-ġenituri tagħhom, il-ħaddiema soċjali qaltilna li “sa issa ftit li xejn għandna riċerka li tidentifika b’mod ċar għaliex dawn it-tfal għandhom dan l-aġir aggressiv.   Naħseb li jista’ jkun li  hemm rabta bejn il-ħajja li qed jgħixu llum it-tfal  u dan l-aġir. Hu fatt li għandna tfal li mhux jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku li għandhom bżonn.  Ma’ dan trid iżżid li dawn l-istess tfal huma esposti żżejjed u qed iqattgħu ħin twil b’apparat teknoloġiku f’idejhom. Għandna sitwazzjoni ta’ tfal li qed ikunu waħidhom mat-teknoloġija. Il-kommunikazzjoni mal-ġenituri naqset ħafna.  Nistaqsi kemm hemm kommunikazzjoni u ħin ta’ kwalità bejn it-tfal u l-ġenituri llum meta joħorġu? Qed jispiċċaw kollha iqallbu fit-tablets u l-mowbajl? Illum il-familji qed jieklu flimkien bħala familja jew kulħadd għal rasu, bit-tfal jieklu u jilagħbu bit-tablet fl-istess ħin? Dawn huma problemi li qed narawhom.”

    Tfal jheddu li jweġġgħu lilhom infushom allavolja ma jkollhomx intenzjoni li jagħmlu dan

    Tispjegalna li “l-abbuż fiżiku u emozzjonali ġieli jieħu l-forma wkoll fejn it-tfal jibdew jheddu li jweġġgħu lilhom infushom. Dan isir biex jimmanipulaw lill-ġenituri. Mill-banda l-oħra imbagħad għandek il-ġenituri li jsibuha diffiċli li jersqu ‘l quddiem biex jirrappurtaw din il-problema. Hi xi ħaġa komuni li dawn jibdew jistħu jirrappurtaw. Huma imbagħad jibdew iħossuhom waħidhom u bla appoġġ.

    Tenfasizza li l-ġenituri jibżgħu jirrappurtaw minħabba li jaħsbu li huma jingħataw it-tort għal aġir abbużiv ta’ uliedhom.

    130 quddiem l-APPOPĠĠ ta’ vjolenza minn tfal fuq il-ġenituri

    Minn riċerka interna mill-Aġenzija APPOĠĠ  sar magħruf li f’dik li hi vjolenza minn tfal fuq il-ġenituri tagħhom sa mis-sena 2015 jirriżulta li quddiem l-Aġenzija Appoġġ  kien hemm xejn inqas minn 91 każ ta’ tfal minuri, u 19-il każ ta’ tfal li mhux minuri.  L-Aġenzija Appoġġ qaltilna li bħalissa l-ammont ta’ persuni li qed imorru għas-servizzi offriti minħabba vjolenza minn tfal fuq il-ġenituri jammontaw għal 130 każ. L-età tat-tfal li qed imorru għas-servizzi ivarjaw minn minuri sa l-età ta’ 25 sena.

    Ninsabu hi infurmati li matul is-sena 2018, ġew riferuti 30 każ ġdid ta’ vjolenza minn tfal fuq il-ġenituri. 

    Il-ħidma ma’ dawn it-tfal hi waħda kumplessa fejn jirrigwarda li l-każ kun allokat lil social worker u juke hemm pjan ta’ kif se jkun trattat il-każ.   Kun hemm ħidma sistematika mal-familja biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tas-sigurtà u jiġi stabbilità rapport li mhux vjolenti. Apparti dan il-familja tingħata għajnuna terapewtika fuq bażi twila ta’ żmien.

    Wieħed ma jistax ma jistaqsix, għaliex isseħħ din il-vjolenza. Minn statistika li qed tinġabar jirriżulta li hemm diversi raġunijiet għaliex isseħħ din il-vjolenza.  Jirriżulta li minn statistika li kienet inġabret kien hemm xejn Inas minn 19 tfal ta’ Incas minn 10 snin li kienu qed isawwtu lill-ġenituri tagħhom. Filfatt kien hemm ħames każi ta’ tfal ta’ Inqas minn 10 snin li użaw vjolenza emozzjonali u fiżika fuq il-ġenituri tagħhom.  Kien hemm 10 każi ta’ tfal inqas minn għaxar snin li użaw vjolenza fiżika biss fuq il-ġenituri.  Apparti dawn kien hemm tlett każi ta’ tfal li għamlu vjolenza emozzjonali biss fuq il-ġenituri tagħhom. 

    Minn l-istatistika joħroġ li l-akbar ammont ta’ każi ta’ vjolenza iseħħu minn tfal li jkunu bejn l-etajiet ta’ 10 u 17-il sena. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0