Bjorn Vassallo jiltaqa’ mal-president tal-FIFA

  • Set 15, 2019 00:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-president il-ġdid tal-MFA, Bjorn Vassallo, kellu laqgħa mal-president tal-FIFA, Gianni Infantino, fil-kwartieri ġenerali ta’ din il-federazzjoni dinjija tal-foot­ball fi Zurich.

    Infantino ġedded l-awgurju tiegħu lil Vassallo wa­ra li ġie elett bħala l-president il-ġdid tal-As­soċjaz­zjoni Maltija fl-elez­zjoni li saret fl-20 ta’ Lulju li għadda.

    Fil-laqgħa li saret bejn Infantino u Vassallo ġew diskussi l-isfidi li għaddej minn­hom il-football Malti u l-programmi ta’ żvilupp li qed isiru taħt l-awspiċi tal-FIFA.

    Ġew diskussi wkoll il-ħtieġa ta' governanza aħjar u partijiet importanti mill-istatut tal-MFA. Dan se jkun proċess li l-FIFA se tkun qed tgħin b’esperti li se jagħtu l-pariri tagħhom f'dawn is-suġġetti.

    Il-president tal-FIFA kien bagħat ukoll messaġġi ta’ awguri lil Vassallo wara li ġie elett.

    Infantino qal li l-għarfien, is-sens ta’ tmexxija ġusta u l-esperjenza fil-karigi passati li kellu mal-FIFA kif ukoll mal-MFA se jkunu ingredjenti importanti biex Bjorn Vassallo joħloq impatt fil-logħba tal-football f’pajjiżna. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0