Standard and Poor’s tikkonferma r-rating ta’ Malta bħala ‘A-/A-2’ bi prospetti pożittivi... L-ekonomija ta' Malta tkompli tiffjorixxi

  • Set 14, 2019 19:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru għall-Finanzi jilqa’ bi pjaċir l-aħħar credit rating tal-aġenzija internazzjonali Standard and Poor’s li kkonfermat ir-rating ta’ Malta ta’ ‘A-/A-2’ bi prospetti pożittivi.

    Skont din l-aġenzija rinomata l-prospetti pożittivi ta’ Malta huma frott it-tkabbir ekonomiku b’saħħtu, surpluses konsistenti fil-kont kurrenti tal-pajjiż xprunat l-aktar mill-esportazzjoni tas-servizzi, u t-titjib fil-pożizzjoni tal-gvern f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis fid-dejn u miżuri fiskali oħra.

    Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna sostna li l-gvern huwa impenjat li jkompli jsostni s-suċċess finanzjarju u fl-istess waqt issaħħaħ l-istandards regolatorji u superviżorji tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż.

    Fir-rapport tagħha Standard and Poor’s qalet li dan il-credit rating jikkonferma l-ħidma sfieqa tal-awtoritajiet Maltin li jsaħħu l-istandards superviżorji u l-koperazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea. Dan jirreferi għall-pjan ta’ azzjoni li l-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) ssottometta lill-istess awtorità li fost l-oħrajn jinkludi ż-żieda fl-allokazzjoni ta’ fondi kif ukoll fin-numru ta’ ħaddiema fil-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) sabiex jaħdmu fuq inizjattivi li jindirizzaw il-ħasil tal-flus.

    Sadanittant, Standard and Poor’s qed tipprevedi li l-ekonomija Maltija tkompli tikber b’rata mgħaġġla; bit-tkabbir tal-Prodott Gross Domestiku mistenni li jeċċedi dak ta’ pajjiżi oħra li għandhom kemm livell ta’ dħul kif ukoll stadji ta’ żvilupp simili. Dawn il-prospetti jirriflettu l-impenn li għandu dan il-gvern li jkompli jinċentiva l-investiment u l-inġaġġ ta’ riżorsi umani.

    Ir-rapport ta’ din l-aġenzija internazzjonali tal-kreditu jinnota li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta kompla jiżdied għall-medja ta’ 7.7% bejn l-2014 u l-2018.  L-istess rapport innota wkoll li ċ-ċaqliq strutturali fl-ekonomija Maltija ħoloq aktar opportunitajiet ta’ impjiegi u fl-istess waqt naqqas ir-rata ta’ qgħad għal 3.8% fl-2018; liema figura hija l-inqas waħda reġistrata fl-aħħar għoxrin sena.

    Standard and Poor’s tinnota li l-gvern mhux biss kompla jsaħħaħ il-finanzi imma kompla jnaqqas id-dejn meta kkumparat mal-Prodott Gross Domestiku kif ukoll kompla jintroduċi numru ta’ riformi strutturali. Dawn jinkludu t-tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma kif ukoll żieda fin-numru ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. 

    L-aġenzija qed tantiċipa li l-politiki makroekonomiċi se jibqgħu jindirizzaw konsolidazzjoni fiskali u fl-istess waqt qed jipprevedu li fis-snin li ġejjin l-ekonomija Maltija tkompli tikseb surplus biex dan ikompli jgħin fit-tnaqqis tad-dejn tal-pajjiż. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0