Rekord għal prezz tad-deheb

  • Set 14, 2019 20:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-prezz tad-deheb fil-Ġappun żdied fl-għola livell fi kważi 40 sena, f’riflessjoni taċ-ċaqliq tal-valur tal-yen, iżda wkoll tal-ġirja, madwar id-dinja, li l-investituri jduru fuq dan il-metall prezzjuż li joffri serħan tal-moħħ fid-dawl ta’ dipressjoni fl-ekonomija globali. Dan hekk kif bosta investituri jfittxu li jżommu 'l bogħod minn investimenti f’ishma u bonds ta’ swieq tradizzjonali kif ukoll fi swieq emerġenti, hekk kif il-Fond Monetarju Internazzjonali qed jistenna perjodu ta’ tkabbir ekonomiku kajman fid-dawlt ta’ sfidi bħal Brexit, kwistjonijiet ġeo-politiċi u kunflitti kummerċjali.

    L-aktar bejjiegħ ta’ deheb fl-pajjiż, Tanaka Kikinzoku ħabbar li l-prezz miss il-50 dollaru kull gramma, livell li kien ilu ma jintlaħaq sa mill-1980. Il-konsumturi qed ikollhom jitennew sa tliet sigħat għal deal li ssoltu kien jieħu ftit minuti. Din iż-żieda tirrifletti ċaqliq simili madwar id-dinja, bil-prezz internazzjonali jilħaq l-għola livell minn April 2013. Din is-sena biss il-prezz żdied b’20%. Madankollu ż-żidiet huma aktar aċċentwati fil-Ġappun b’riżultat tal-iżvalutar tal-yen meta mqabbel mad-dollaru, fejn tilef kważi 8% fl-aħħar sitt snin. Żidiet relattivament kbar kienu reġistrati wkoll fin-negozju tal-fidda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0