L-ogħla awtoritajiet tas-saħħa jwissu li se jmutu t-tfal jekk ma titwaqqafx il-ħożba

  • Set 14, 2019 19:20
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    L-ogħla awtoritajiet tas-saħħa fid-dinja qegħdin iwissu li jekk il-ħożba mhix se tiġi mwaqqfa, allura se jkun hemm tfal li jmutu. Jidher li hemm erba’ pajjiżi Ewropej, fosthom anke r-Renju Unit, li tneħħielhom l-istat ta’ ħelsien mill-ħożba fl-aħħar sena.

    Mill-informazzjoni li nġabret matul l-ewwel sitt xhur tal-2019, jirriżulta li kien hemm aktar każi ta’ ħożba milli kien fis-sena 2018 sħiħa. Barra mir-Renju Unit, tilfu wkoll l-istat ta’ ħelsien mill-ħożba anke l-Albanija, ir-Repubblika Ċeka u l-Greċja.

    Esperti tas-saħħa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) wrew l-għadab tagħhom u qalu li l-Ewropa sejra lura milli teqred il-ħożba hekk kif erba’ pajjiżi tilfu l-istat ħieles mill-ħożba. Jidher li r-Renju Unit tilef dan l-istat fl-aħħar għaxart ijiem, filwaqt li l-Albanija, il-Greċja u r-Repubblika Ċeka tilfuh fl-aħħar sena.

    Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm mat-89,994 każ ta’ din l-infezzjoni li ġew irrapportati fir-reġjun Ewropew. Dan l-ammont kien aktar mit-total ta’ każi li ġew irrapportati fl-2018 kollha.

    Il-WHO qalet li r-reġjuni kollha fid-dinja, minbarra l-Amerika, mistennija jesperjenzaw żieda fl-ammont ta’ każi. Għalhekk qed jgħidu li jridu jsir aktar xogħol biex jegħlbu din il-marda.

    Iċ-Ċermen tal-European Regional Verification Commission for Measles and Rubella Elimination, Günter Pfaff qal li l-fatt li reġgħet qiegħda tittieħed il-ħożba hu inkwetanti. Sostna li jekk ma tingħatax l-injezzjoni ta’ kontriha u ma tibqax tingħata f’kull komunità, allura kemm it-tfal, kif ukoll l-adulti se jsofru bla bżonn u xi wħud anke jmutu.

    Din it-twissija ngħatat wara l-analiżi annwali dwar l-istat tal-eliminazzjoni tal-pajjiżi li jinsabu fir-reġjun Ewropew tal-WHO.

    Biex pajjiż ikun ikkwalifikat li elimina l-ħożba, irid ma jkollux każi ta’ din il-mara għal mill-inqas tliet snin minkejja li jkollok sistema ta’ sorveljenza ta’ kwalità għolja.

    Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson ħabbar li r-Renju Unit tilef dan l-istat fid-19 ta’ Awwissu, wara li ġew ikkonfermati 231 każ fil-laboratorji fl-ewwel kwart tas-sena.

    Il-ħożba hi marda li infezzjoni kkawżat minn virus li tittieħed ħafna u tinxteredx malajr minn persuna infettata permezz tas-sogħla, għatis u anke bin-nifs. Is-sintomi tagħha jiżviluppaw bejn sitta u 19-il ġurnata wara l-infezzjoni. Dawn jinkludu sogħla, uġigħ fl-għajnejn, deni u raxx. Ir-raxx jidher ħamrani u jqabbdek il-ħakk. Idum għal diversi jiem sakemm isir kannella u jibda jitlaq bil-mod. F’każ minn kull 15, il-ħożba tista’ tikkawża kumplikazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-mewt jew diżabilità.

    Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Vaċċini, tilqim u prodotti bioloġiċi tal-WHO, Kate O’Brien qalet li qegħdin naqgħu lura u sejrin fit-triq il-ħażina. Qalet li hemm tendenzi ta’ żieda fil-ħożba, minbarra fl-Amerika fejn kien hemm tnaqqis żgħir. L-akbar żidiet huma fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fil-Madagascar u fl-Ukrajna.

    Il-viċi-Ċermen tal-Kulleġġ Irjali tat-Tobba tar-Renju Unit, il-Professur Martin Marshall qal li hi xi ħaġa ta’ qtigħ il-qalb li tara dawn is-sejbiet fi żmien meta pajjiżi oħra fl-Ewropa kienu qegħdin fi triqthom biex jeliminaw il-ħożba, marda li tista’ tkun qattiela iżda li faċilment tista’ tiġi evitata.

    Il-Professur Marshall żied jgħid li hu importanti li n-nies ikomplu jneħħu minn moħħhom ċerta miti dwar it-tilqim u jinkoraġġixxu lin-nies biex ilaqqmu lit-tfal. Min-naħa l-oħra, qal li hu ta’ kuraġġ li l-WHO żiedet il-mira tagħha biex telimina l-ħożba u żiedet l-azzjoni biex tindirizza l-isfidi.

    Intant, il-kap uffiċjal mediku tar-Renju Unit, Sally Davies ikkritikat lin-nies li qalet li qegħdin ixerrdu qlajjiet dwar it-tilqim tal-MMR li mhumiex siguri. Qalet li fi 30 sena ġew imlaqqmin miljun ta’ tfal. It-tilqima hi sigura u salvat miljuni ta’ ħajjiet madwar id-dinja.

    Waħda minn dawn li sejħitilhom miti hi r-riċerka li kienet għamel Andrew Wakefield fid-disgħinijiet fejn kien ingħad li l-MMR tikkawża l-awtiżmu. Madankollu, kien instab aktar tard li r-riżultati huma foloz u r-riċerka kienet imbagħbsa u diżonesta.

    Kien hemm ukoll oħrajn li qalu li t-tilqima ma taħdimx iżda minn meta ddaħħlet l-MMR fl-1963, l-imwiet mill-ħożba naqsu fil-mejda minn 2.6 miljun għal madwar 100,000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0