''Ma naslux għal konklużjonijiet mgħaġġla li s-suwiċidju naqas''- Dr Mark Xuereb

  • Set 14, 2019 14:40
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

    “Konklużjonijiet fuq tagħrif miġbur fuq perjodu qasir, m’humiex tajbin. Analiżi għandha ssir fuq ċertu numru ta’ snin ta’ bejn 10 u 15-il sena. Dan minħabba li jkun hemm varjazzjoni u n-numri jvarjaw,” sostna l-psikjatra Mark Xuereb, il-Fundatur tal-Fondazzjoni Sokkors fil-Pront. Inewsmalta.com, wara rapport fil-midja lokali fejn ingħad li s-suwiċidju f’Malta naqas, tkellem ma’ Dr Xuereb fejn ikkonferma li huma kienu ndunaw b’dan it-tnaqqis żgħir, iżda kienu kawti billi żammu lura milli jgħaġġlu fil-konklużjonijiet minħabba li f’perjodu qasir ta’ tliet snin ma tistax tikkonkludi fatti.

    Dan is-sit irid iżid l-għarfien u jagħti informazzjoni korretta. Dan bil-għan li azzjoni tittieħed u tittieħed sew, kif ukoll biex ikun hemm l-għajnuna kemm ta’ prevenzjoni għal min hu fi kriżi kif ukoll is-sostenn meħtieġ għal dawk il-familjari u ħbieb li tħallew trawmatizzati minn telfa bħal din. Rapport fuq il-midja lokali rrapporta li l-każi ta’ suwiċidju f’dawn l-aħħar tliet snin f’Malta, naqsu. Aktar milli statistika ta’ kemm naqset din il-pjaga f’pajjiżna, l-artiklu ffoka fuq l-importanza li jitneħħa t-tabù fuq dan is-suġġett u l-prevenzjoni.

    Wieħed irid joqgħod attent u jun kawt

    Il-psikjatra qalilna statistikament wieħed irid joqgħod attent għax informazzjoni bħal din mhux ta’ min joqgħod fuqha. “Huwa propju għalhekk li tnediet il-Fondazzjoni. Wieħed mill-għanjiet prinċipali tagħha hu li tagħmel riċerka ta’ data demografika li tiġbor l-informazzjoni kollha ħalli eventwalment noħorġu bi statistika liema bħala li s’issa m’għandniex,” sostna l-fundatur ta’ Sokkors fil-Pront.

    Filwaqt li fakkar li hemm fatturi pożittivi li wasslu biex aktar nies jiġu salvati milli jneħħu ħajjithom, fosthom l-interventi 24/7 mill-Crisis Resolution Malta, il-Pulizija ta’ Malta u professjonisti oħra fil-qasam, Dr Xuereb qal li biex issir analiżi tajba fuq statistika, irid ikun hemm id-data sets li jagħtu informazzjoni fuq tul ta’ snin ta’ tendenzi u kwalunkwe fatturi oħra. Dr Xuereb żied jgħid li, “fil-fatt, kemm ilha toffri servizz il-CRM, jiġifieri disa’ snin, diġà ġew salvati madwar 70 persuna milli jirrikorru għas-suwiċidju,” aċċenna l-psikjatra fejn reġa’ saħaq fl-importanza li jkun hawn crisis team nazzjonali biex ikompli jsir il-ġid fil-pajjiż.

    Huwa qal li, “diffiċli biex wieħed jagħmel konklużjoni fuq perjodu ta’ tliet snin u l-agħar ħaġa li tista’ tagħmel hu li tieħu numru.” Hawnhekk huwa jistieden biex nersqu lil hinn min-numru u jitlob li s-suwiċidju jonqos, bit-tama li xi darba jirnexxielna ninżlu għal każi “żero”. Huwa jisħaq li għandna naraw lin-nies u mhux in-numri, fl-importanza tar-riċerka kwalitattiva u fil-ħajja tal-bniedem.

    “In-numri huma importanti iżda rridu nagħtu isem lil dawn it-traġedji. L-ewwel irridu naħdmu biex nevitaw dawn is-suwiċidju għax kif kulħadd jaf it-traġedja aħħarija tal-mard mentali hija l-mewt,” kompla l-psikjatra.

    Huwa spjega li l-istess hu fil-każ tal-indikazzjonijiet mogħtija fl-elezzjonijiet ġenerali fejn wieħed ibassar ir-riżultat. Iżda dawn ibassru u mhux jikkonferma dak li se jiġri. Dr Xuereb aċċenna wkoll għall-fatt li minħabba t-tabù li hawn dwar dan is-suġġett xi każi jew ma jkunux irrapportati jew inkella l-mewt tkun imniżżla bħala “kawża mhux magħrufa”. Il-psikjatra spejga li sitwazzjonijiet bħal dawn ukoll jaffettwaw l-istatistika reali.

    “Fl-aħħar mill-aħħar f’dan il-kamp, anke jekk insalvaw persuna waħda huwa unur u għalhekk irridu nkomplu naħdmu għall-prevenzjoni… biex taqbad lil dak li jkun fil-bidu u tgħinu,” qal il-psikjatra. Huwa qal li f’Malta għandna ħafna riżorsi u talenti ta’ professjonisti tant li jittama li xi darba jkun hemm terapist f’kull lokalità, inkella fiċ-ċentri tas-saħħa jew fil-kunsilli lokali. Dan bil-għan li l-għajnuna tkun aktar immedjata u aċċessibbli għal kulħadd.

    Fl-aħħar kumment tiegħu, Dr Mark Xuereb stieden biex il-professjonisti kollha f’dan il-qasam jingħaqdu flimkien taħt il-kappa tal-Fondazzjoni biex, “noqtlu darba għal dejjem is-suwiċidju u nsalvaw lin-nies bħalma tgħid il-kanzunetta ta’ Joe Demicoli ‘Irridek Tgħix’”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0