Il-BNF Bank jagħti l-appoġġ tiegħu liċ-Ċentru ta’ Tagħlim ta’ Ronald McDonald House Charities Malta

  • Set 13, 2019 10:01
  • Miktub minn iNews
"

    BNF Bank huwa kommess li jagħti l-appoġġtiegħu lill-inizjattivi tal-komunità lokali u għaldaqstant qiegħed jagħti sapport liċ-Ċentru ta’ Tagħlim ta’ Ronald McDonald House Charities Malta, li għadu kemm infetaħ fil-Qawra. 

    RMHC Malta hija organizzazzjoni bla skop ta’ profitt li ġiet imwaqqfa bil-għan li toħloq, tiffinanzja u tagħti appoġġ lil programmi li jtejbu direttament is-saħħa u l-għixientat-tfal. F’Ġunju 2019 inawguratĊentru ta’ Tagħlim ġdid fil-Qawra biex tagħti sapport lil tfal u l-familji tagħhom li jkunu qed jaffaċċjaw sfidi, diffikultajiet fit-tagħlim jew faqar. Permezz tal-ħidma tiegħu ma’ msieħba oħra, iċ-Ċentru ta’ Tagħlim tal-RMHC jara li jissalvagwardja l-għixien ta’ tfal vulnerabbli jew dawk li jkollhom bżonn ta’ għajnuna edukattiva f’ambjent sigur u terapewtiku. RHMC Malta ngħaqdet ukoll mal-Autism Parents Association u ma’ ADHD Malta biex twettaq firxa ta’ programmi. 

    L-Uffiċjal Kap Kummerċjali ta’ BNF Bank, George Debono qal:”BNF Bank għandu obbligu morali lejn il-progress soċjali tal-komunità u jħaddan konsiderazzjonijiet etiċi li jilħqu l-aspettattivi tat-tim tagħna, tal-klijenti u tal-pubbliku sabiex nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Ninsabu impressjonati bl-impenn ta’ RMHC li jagħtu kontribut lejn sezzjonijiet tas-soċjetà li għandhom nuqqas ta’ edukazzjoni, opportunità u inklużjoni. Din l-inizjattiva b’mod partikolari tirrifletti l-valur ewlieni tagħna ta’ empatija.”

    “Globalment, RMHC twiegħed li żżomm ‘il-familji fil-qrib”, qal is-Sur Martin Xuereb, Chairperson ta’ RMHC Malta. “Aħna qed inżommu din il-wegħda f’Malta billi nassiguraw li s-sapport li nipprovdu lit-tfal ikun ta’ benefiċċju anke għall-familji u l-gwardjani tagħhom permezz ta’ estensjoni.  Din hija r-raġuni għala l-faċilitajiet u r-riżorsi taċ-ċentru huma għad-disponibbiltà ta’ organizzazzjonijiet volontarji oħra, anke l-iċken fosthom, biex ikunu jistgħu jipprovdu s-servizzi tagħhom fiż-żona tagħhom. Mill-ġdid, nixtiequ nirringrazzjaw lil BNF Bank għas-sapport lil RMHC Malta għat-tieni sena konsekuttiva.”

    In-network globali ta’ Ronald McDonald House Charities tipprovdi s-servizzi tagħha f’aktar minn 64 pajjiż u reġjun u tagħti sostenn u tagħmel impatt fuq il-ħajja ta’ miljuni ta’ tfal u l-familji tagħhom madwar id-dinja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0