“Naraw li l-kura fil-komunità tkun tal-aqwa livell”... Ċentru tas-saħħa f’kull lokalità

  • Set 12, 2019 17:38
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Gvern qiegħed iwettaq pjan ambizzjuż fejn fi żmien tliet snin ikun hemm miftuħ ċentru tas-saħħa f’kull lokalità. Huwa qal li dan il-Gvern qiegħed jieħu direzzjoni strateġika biex jagħti importanza lill-kura fil-komunità, fil-fatt fost in-numri ta’ proġetti, fil-ġimgħat li ġejjin se jingħataw servizzi tal-GU Clinic ġewwa numru ta’ ċentri tas-saħħa. Id-Deputat Prim Ministru spjega li bħalissa għaddej xogħol intensiv ta’ refurbishment fuq numru ta’ ċentri ta’ saħħa u semma s-sejħa ta’ interess li hemm għar-Regional Hub fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.

    Huwa qal dan waqt il-konferenza ‘Malta ngħixu s-suċċess’ fejn fiha ġew elenkati n-numru ta’ inizjattivi tal-baġit li ġew imwettqa. Din il-konferenza saret fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Ħal Kirkop li qiegħed jiċċelebra l-ewwel anniversarju minn mindu nfetaħ. Id-Deputat Prim Ministru stqarr li huwa sodisfatt li dan il-proġett kien ta’ suċċess u li f’din is-sena kien hemm 200,000 persuna li ħadet xi forma ta’ servizz ġewwa dan iċ-ċentru. Huwa qal li dan ifisser li n-nies setgħu jinqdew b’aktar kumdità u effiċjenza.

    Id-Deputat Prim Ministru żied jgħid li l-proġett ta’ Ħal Kirkop mhux l-unika proġett li l-Gvern qiegħed jaħdem fuqu. Huwa spjega li bħalissa għaddej xogħol intensiv biex ikun hemm ċentru tas-saħħa ġdid ġewwa Victoria Għawdex, għaddej xogħol fuq ir-Regional Hub Ċensu Moran f’Raħal Ġdid u ftit tal-ġimgħat oħra se tkun qiegħda tinħareġ sejħa ta’ interess biex ikun hemm binja ddedikata biex isir ir-Regional Hub fin-naħa ta’ fuq.

    Fiċ-ċentri tas-saħħa li diġà jeżiztu, għaddej xogħol intensiv biex jiġu rinovati. Dan qiegħed isir permezz ta’ €10 miljuni fondi mill-Fond Nazzjonali. Ix-xogħol bħalissa għaddej fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira biex jiġi rinovat u b’hekk is-servizzi se jkunu qegħdin jiġu rilokati għal madwar sena sakemm jitlesta dan ix-xogħol.

    Id-Deputat Prim Ministru spjega li l-pjan huwa li ma jsirx biss xogħol ta’ tisbiħ imma anke biex jiżdiedu s-servizzi. Huwa qal li hemm proġett li miexi sew fil-lokalità ta’ Birkirkara biex ikun hemm ċentru ta’ eċċellenza ta’ podjatrija.

    Id-Deputat Prim Ministru qal li, “waqt li nafu kemm hija importanti l-kura fl-isptarijiet, u qed inkomplu nżiedu s-servizzi, ir-riżors uman u l-infrastruttura, nifmhu l-importanza ta’ kura primarja.”

    Għal din ir-raġuni, huwa qal li bħala Gvern qiegħed jaħdem biex ikun hemm kura fil-komunità tal-aqwa livell biex b’hekk ikunu jistgħu jibnu l-kura fil-kumplament tas-servizzi tas-saħħa. 

    Id-Deputat Prim Ministru qal li matul l-2018 kien hemm 500,000 pazjent li żaru l-outpatients f’Mater Dei. Dan ifisser li kien hemm madwar 10,000 pazjent li ngħata servizz kull ġimgħa. Huwa saħaq li jemmnu nemmnu li parti minn dan is-servizz jista’ jingħata aktar viċin tal-pazjent. “Irridu naraw sseħħ li jkollna aktar servizzi, anka dak li tradizzjonalment kien ta’ outpatients fl-isptarijiet, li qegħdin jingħataw fil-komunità.”

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0