Euro 2020: Cristiano Ronaldo jikser ir-rekord ta’ Robbie Keane

  • Set 12, 2019 17:00
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Settembru, kienet lejla tal-ksur tar-rekords għal Cristiano Ronaldo (ritratt) minkejja l-aqwa tentattivi ta’ Robbie Keane biex jarah jitbiegħed minn­hom.

    L-attakkant ta’ Juventus skorja poker ta’ goals fir-rebħa 5-1 għall-Portugall kontra l-Lit­wanja biex tella’ it-total għal 25 fil-kwa­lifikazzjoni Ewropew – tnejn iktar mir-rekord preċedenti mwaqqaf mill-attakkant tal-Irlanda, Keane.

    Qabel il-logħba Keane staqsa lil Ronaldo biex “din iħalliha” wara li fakkar li r-rebbieħ tal-Ballon d’Or ħames darbiet kien żewġ goals biss bogħod mir-rekord tiegħu. “Naħseb li għandek biżżejjed rekords, Cristiano”, iċċajta Keane fuq Instagram.

    Iżda wara li skorja kontra l-150 team differenti għall-club u għal pajjiżu, xejn ma seta’ jżomm lil Ronaldo li jiskorja t-tmien hat-trick internazzjonali u jisraq ix-xena.

    Issa Ronaldo skorja 93 goals internazzjonali, 16 biss wara l-leġġendarju Iranjan, Ali Daei, li għandu r-rekord tad-dinja, u huwa wkoll l-ewwel Ewropew li skorja 90 goals għal paj­jiżu.

    Il-player ta’ 34 sena huwa l-aqwa skorer tal-Kampojonat Ewropew. Huwa skorja total ta’ 34 goals – inklużi disgħa fit-tournaments finali li huwa wkoll rekord li qed jaqsam mal-Franċiż Michel Platini.

    Dawn il-goals ġew f’erba’ tournaments kon­sekuttivi – 2004, 2008, 2012 u 2016 – u wieħed fir-rebħa fis-semi-finali kontra Wales meta tliet snin ilu l-Iberjani rebħu t-titlu.

    L-ebda player Ewropew ieħor ma skorja iktar goals f’logħbiet internazzjonali kom­petittivi, b’Ronaldo jiskorja 72, inkluż l-ewwel goal u l-hat-trick fil-finali tan-Nations League meta sab ix-xibka tal-Isvizzera tliet darbiet fis-semi-finali f’Ġunju li għadda.

    U t-total ta’ 30 goals fil-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja huwa rekord ieħor.

    Iżda liema huma xi wħud mir-rekords li Ronaldo għad baqagħlu jikser? Il-lista hija:

    *L-iktar goals f’internazzjonali tal-irġiel (Ali Daei, 109)

    *L-iktar goals fit-Tazza tad-Dinja tal-irġiel (Miroslav Klose, 16)

    *L-iktar goals fil-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja (Carlos Ruiz, 39)

    *L-iktar goals f’tournament tat-Tazza tad-Dinja (Just Fontaine, 13)

    *L-iktar goals f’kampanja waħda ta’ kwa­lifikazzjini tal-Kampjonat Ewropew (David Healy u Robert Lewandowski, 13)

    *L-iktar logħbiet konsekuttivi fil-Kampjonat Ewropew b’mill-inqas goal wieħed (Michel Platini, 5).

    *L-iktar goal veloċi fil-Kampjonat Ewropew (Dmitri Kirichenko, 67 sekondi).

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0