L-MPE Alex Agius Saliba b’appell lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproteġi s-sajjieda tal-lampuki Maltin u Għawdxin

  • Set 12, 2019 11:37
  • Miktub minn iNews
"

    L-MPE Alex Agius Saliba qiegħed jagħmel pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea sabiex tgħin lis-sajjieda Maltin matul l-istaġun tal-lampuki u twaqqaf il-prattiċi tas-sajd illegali tal-bastimenti tas-sajd Tuneżini.

    L-MPE tal-Partit Laburista talab lill-Kummissjoni biex tinvestiga u tkisser il-mudell intimidanti u diżonest tas-sajd Tuneżin, inkluż l-isfruttament illeġittimu tat-tagħmir tas-sajd tas-sajjieda Maltin.

    Huwa talab ukoll lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet Tuneżini permezz tan-negozjati kummerċjali attwali jew l-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, billi l-għajnuna finanzjarja lit-Tuneżija kienet żdiedet sostanzjalment matul is-snin.

    "Matul l-istaġun tal-lampuki, is-sajjieda Maltin u Għawdxin qed jirrappurtaw kontinwament, problemi rikorrenti u sistematiċi. Id-dgħajjes Tuneżini qegħdin jisirqu qabdiet tal-lampuki minn dgħajjes Maltin, u qed jeqirdulhom għadd ta’ sufruni u linji tal-baħar. Qed jużaw tattiċi eċċessivi biex iwaqqfu s-sajjieda Maltin milli jaċċessaw it-tagħmir tagħhom," qal il-MPE Agius Saliba.

    Huwa żied jgħid li "l-ħajja għas-sajjieda tal-lampuki Maltin u Għawdxin hija diġà iebsa, speċjalment minħabba l-kompetizzjoni mis-sajjieda Taljani, Spanjoli, Griegi u Tuneżini li kull ma jmur qiegħda dejjem tikber. Imma issa barra minn hekk qegħdin ukoll jgħixu fil-biżgħa u għandhom ħajjithom u l-għajxien tagħhom mhedda minħabba dgħajjes Tuneżini li qed jaħsdulhom il-qabdiet tagħhom.”

    Agius Saliba żied jgħid li l-isfruttament u l-prattiċi llegali fuq sajjieda Maltin u Għawdxin mhumiex xi ħaġa ġdida u għandhom jieqfu immedjatament. "Minħabba li dawn l-inċidenti ġraw fl-ibħra internazzjonali, jeħtieġ li nagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet Tuneżini fil-livell Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi meħtieġa u twaqqaf dawn l-inċidenti."

    "Huwa għalhekk li f'isem s-sajjieda Maltin u Għawdxin tlabt lill-Kummissjoni Ewropea biex tintervjeni sabiex dawn il-prattiċi illegali jiġu evitati," qal l-MPE Agius Saliba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0