Football tat-tfajliet U/17: Il-coach nazzjonali Dorianne Theuma ssejjaħ skwadra ta’ 20 player

  • Set 12, 2019 00:16
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ġimgħa,  it-team nazzjonali Malti femminili Under-17 se jmur il-Belarus biex jieħu sehem fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Women’s Under-17 Championship li se jsir bejn il-15 u l-21 ta’ Settembru.

    L-avversarji ta’ Malta fi Grupp 3 huma l-Belarus, Franza u l-Islanda. It-tfajliet Maltin se jibdew l-impenji tagħhom nhar il-Ħadd li ġej meta jiltaqgħu kontra Franza, li jinsabu fir-raba’ post fir-rankings tal-FIFA, bil-logħba ssir fi Spartak Stadium f’Mogilev u tibda fil-1.00 pm.

    Imbagħad l-Erbgħa, 18 tax-xahar, jiltaqgħu kontra l-Islanda fl-istess post u fl-istess ħin bl-aħħar logħba ssir nhar is-Sibt, 21 ta’ Settembru, u tibda fis-1.30 pm kontra l-Belarus fi Spartak Stadium ukoll.

    L-iskwadra ilha tipprepara għal dan it-tournament bl-aqwa mod possibbli tant li ħadet sehem f’tournaments tard fl-2018 u kmieni fl-2019.

    Barra minn hekk f’Diċembru li għadda bosta players ħadu sehem mat-team tal-Under-15 meta fit-Tajlandja għelbu lil Singapore u lil Mongolia waqt li f’Marzu t-tfajliet Maltin spiċċaw l-ewwel fil-UEFA Youth Development Tournament wara rebħiet fuq Ġibiltá, Andorra u l-Albanija li sar fis-Centenary Stadium.

    Għal dan it-tournament ta’ kwalifikazzjoni, Theuma tista’ tistrieħ fuq players li diġá għandhom esperjenza internazzjonali kemm mal-Youths kif ukoll mat-team nazzjonali.

    L-iskwadra ta’ Dorienne Theuma hija:

    Goalkeepers: Maya Cachia (Birkirkara); Justyne Caruana (Raiders Għargħur); Giulia D’Antuono (Mosta).

    Difensuri: Alexandra Gatt (Mġarr U.); Laura Chetcuti Dimech (Raiders Għargħur); Martina Fenech, Izabella Camilleri, Mariah Cardona (Birkirkara); Rhea Borg (Mosta).

    Midfielders: Gaia Antonelli, Maya Lucia, Emma Philippa Ciantar (Raiders Għargħur); Hannah Khatib, Elena Sissons (Swieqi U,); Martina Cortis, Veronique Mifsud (Birkirkara); Haley Bugeja (Mġarr U.); Georgiana Mifsud (Hibernians).

    Attakkanti: Laura Hannah Muscat (Raiders Għargħur); Kailey Willis (Birkirkara).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0