Il-Papa jgħid li mhux imbeżża' minn qasma fil-Knisja … Jakkuża lill-kritiċi li jagħtuh daqqiet ta' stallett f'dahru

  • Set 11, 2019 09:46
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Papa Franġisku qal li mhuwiex imbeżża’ dwar firda interna fil-Knisja Kattolika Rumana. Huwa għamel dan il-kumment b’referenza għal attakki minn kardinali konservattivi li kemm-il darba kkritikawh.

    “Minix imbeżża’ minn qasma fil-Knisja. Nitlob li ma jkunx hemm waħda, minħabba li s-saħħa spiritwali ta’ diversi persuni tiddependi minnha,” saħaq il-Papa hekk kif irritorna lura lejn Ruma wara vjaġġ ta’ żjajjar uffiċjali.

    L-ikbar firda fl-istorja tal-Knisja kienet ix-Xiżma l-Kbira tal-1054 bejn il-Kristjaneżmu tal-Punent u tal-Lvant, li ilha għal dawn l-aħħar 1,000 sena.

    Il-fergħa ultra-konservattiva tal-Knisja fl-Istati Uniti kemm-il darba tikkritika lil Franġisku, b’diversi kardinali u isqfijiet jisħqu li mhuwiex voċiferu biżżejjed dwar l-abort, u wisq kompassjonali fir-rigward ta’ omosesswali u koppji divirzjati, filwaqt li jqisuh bħala liu jakkomoda wisq lill-komunità Musulmana.

    Saħansitra wħud minnhom anke talbuh li jirriżenja, u akkużawh b’“ereżijiet”.

    “Il-kritika mhijiex biss ġejja mill-Amerikani iżda minn kull naħa, inkluż mill-Kurja,” saħaq Franġisku.

    Tenna li filwaqt li jilqa’ “kritika kostruttiva”, ma jistax jaħli l-ħin fil-konfront ta’ “dawk li jitbissmulek filwaqt li jagħtuk daqqa ta’ stallett f’dahrek”.

    Tenna li dawk li jġibu ruħhom b’dan il-mod ma jridux il-ġid tal-Knisja iżda huma ossessjonati dwar “il-bdil tal-papa, bdil fl-istilm u li tinħoloq firda”.

    L-aktar kritiku u voċiferu tal-Papa huwa l-kardinal Amerikan Raymond Leo Burke, li b’mod partikolari kkritika lill-Papa tal-mod kif iffaċċja l-kriżi ta’ pedofilija fi ħdan il-kleru, b’Burke jitfa’ l-ħtija ta’ dan kollu fuq l-omosesswalità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0