Under 21: Telfa għal Malta kontra l-Ukrajna

  • Set 11, 2019 00:59
  • Miktub minn iNews
"

    Ukrajna.......... 4

    Malta............. 0

    It-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena sofra telfa kbira meta fit-tieni logħba ta’ Grupp 8 tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ew­ropew li ntlagħbet f’Zaporizhia, safa megħ­lub bl-iskor ta’ 4-0 mill-Ukrajna.

    Il-partita ġiet deċiża fl-ewwel taqsima meta t-team Ukren, li kien kompost minn bosta players li ftit tal-ġimgħat ilu rebħu t-Tazza tad-Dinja ta’ Taħt l-20 sena, skorja tliet goals.

    Fit-tieni taqsima, il-Maltin urew titjib fil-logħob tagħhom u saħansitra kellhom il-mumenti tagħhom iżda kien it-team ospitu li skorja goal ieħor biex isiġilla r-rebħa għal skor ta’ 4-0.

    Filwaqt li l-Maltin kienu ġejjin minn draw ta’ 0-0 kontra l-Irlanda ta’ Fuq, l-Ukreni kienu ġejjin minn telfa ta’ 2-0 u għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma kienet tissodisfa l-kriterji tagħhom.

    L-ewwel goal wasal fis-17-il minuta, minn Dmytro Topalov li spara fix-xibka minn tarf il-kaxxa minn azzjoni ta’ free-kick.  Erba’ minuti wara, il-Maltin sofrew it-tieni goal minn Nazariy Rusyn li kkonkluda minn cross fil-baxx.

    Imbagħad, erba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima l-avversarji tagħna skorjaw it-it-tielet goal minn Bogdan Lednev li xeħet fir-rokna tax-xibka minn azzjoni veloċi.

    Fid-49 minuta, it-team immexxi mill-coach, Silvio Vella, resaq viċin li jnaqqas il-marġni tal-iskor meta Aidan Friggieri għadda lejn Zach Brincat iżda x-xutt tiegħu ġie mdaw­war f’corner.

    Seba’ minuti mit-tmiem, l-Ukreni skorjaw ir-raba’ goal meta Giorgi Tsitaishvili spara fis-saqaf tax-xibka wara li kkonnettja mill-pass ta’ Oleg Kozhushko.

    Ukrajna: Oleg Bilyk, Vladislav Dubinchak, Oleksii Bykov, Akhmed Alibekov (Vladislav Babolgo 53), Bogdan Milovanov, Mykola Sha­parenko (Yevhenii Smirniy 54), Maksym Chekh, Yevgen Cheberko, Dmytro Topalov (Gior­gi Tsitaishvili 54), Nazariy Rusyn (Oleg Kozhushko 69), Bogdan Lednev (Mykhailo Mud­ryk 76) - Coach: Ruslan Rotan

    Malta: Andreas Vella, Zachary Grech, Nicholas Pulis (Jamie Zerafa 46), Jean Borg, Gary Camilleri,  Myles Beerman (Jan Busuttil 76), Kurt Shaw, Michele Sansone, David Xuereb, Zachary Brincat (Omar Elouni 89), Jan Tanti (Aidan Friggieri 59) - Coach: Silvio Vella

    Referee: Juxhin Xhaja (Albanija)  

    Assistenti: Rejdi Avdo, Alfred Shkreta (Albanija)

    Raba’ Uff.: Emirion Sino (Albanija)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0