Żewġ Maltin mixlija li heddew Libjan

  • Set 10, 2019 18:25
  • Miktub minn iNews
"

    Żewġt irġiel Maltin ta’ 33 u 48 sena residenti x-Xagħra Għawdex, tressqu quddiem il-Maġistrat Paul Coppini mixlija li inġurjaw u heddew raġel Libjan ta’ 33 sena u mingħajr ma darbuh, heddewh permezz ta’ xi oġġetti ibsin.

    Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda, għall-ħabta tal-5.00 p.m., fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. Huma kienu akkużati wkoll b’attentat vjolenti fuq l-istess raġel kif ukoll talli għad li kienu xurbana qalu fil-pubbliku xi kliem oxxen u kisru u l-bon ordni u l-paċi pubblika, fost akkużi oħra.

    Ir-raġel ta’ 33 sena ġie akkużat ukoll talli fl-istess ħin u data, kellu fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-permess/liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija, ikkommetta reat waqt li kien taħt ordni operattiv ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti u kif ukoll kiser Ordni ta’ Trattament meta wettaq reat fi żmien il-perjodu operattiv ta’ sentenza ta’ trattament mogħtija mill-Qorti. 

    L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti, filwaqt li nħarġet Ordni ta’ Protezzjoni temporanja fil-konfornt tar-raġel Libjan. 

    Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0