40 xahar ħabs wara li ta n-nar lid-dar tiegħu stess

  • Set 10, 2019 16:51
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 52 sena min-Naxxar ġie kkundannat tliet snin u erba’ xhur priġunerija effettivi, wara li wieġeb ħati għall-akkuża li ta n-nar lill-proprjetà tiegħu stess, liema nar, filwaqt li seta’ jqiegħed fil-periklu l-ġirien tiegħu, kkaġuna ħsara kbira fil-proprjetà tal-familja tiegħu, u lid-dar tal-viċini tiegħu.

    Kien nhar id-9 ta' Settembru meta r-raġel, li ismu mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti, wara ġlieda li huwa kellu mal-mara tiegħu, mar jixtri ammont żgħir ta' fjuwil minn pompa tal-petrol, biex jagħti n-nar li d-dar tiegħu stess. Jidher li mbagħad biddel fehmtu eżatt xħin ta n-nar, u fi stat ta' paniku, minflok ipprova jitfi n-nar, mar għand il-pulizija jammetti x'għamel u talab l-għajnuna.

    L-imputat kien akkużat ukoll li bin-nar li huwa kebbes, seta jqabbad il-bini tal-viċini tiegħu, tant li kkawża ħsara li tammonta għal €2,500, fil-propjeta tiegħu u tal-ġirien.

    Il-Qorti ikkunsidrat il-fatt li l-imputat kien minn jeddu resaq lejn il-pulizija, fejn ammetta dak li għamel, u kontinwament kien qiegħed jikkolabora mal-Pulizija.

    Il-Maġistrat Victor Axiak għalhekk ikkundanna lir-raġel Naxxari bil-piena minima kif elenkata mill-liġi, dik ta' tlett snin u erbgħa xhur priġunerija, kemm għall-inċident, kif ukoll għall-ksur tal-kundizzjonijiet imposti fuqu minħabba sentenza sospiża mogħtija lilu fl-2017.

    L-Ispettur Christina Delia mexxiet il-prosekuzzjoni, filwaqt li l-Avukat Arthur Azzopardi deher bħala avukat difensur. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0