Il-Qorti tordna li l-eks-La Paloma tibqa' miftuħa bil-patt u l-kundizzjoni li jsiru x-xogħolijiet rimedjali neċessarji

  • Set 10, 2019 15:30
  • Miktub minn iNews
"

    F'digriet ippreżentat illum, il-Qorti Ċivili laqgħet definittivament it-talba tas-sid tal-Paloma Hotel għal-mandat ta' injibizzjoni fil-konfront tal-azzjoni ta' infurzar li seħħet fuq l-imsemmija binja mid-Dipartiment għas-Servizzi tas-Saħħa f'Awwissu li għadda. 

    madanakollu , fid-deċiżjoni tagħha il-Qorti elenkat li hija kienet qegħda tilqa t-talba ta' dan il-mandat bil-patt u l-kundizzjoni li jsiru "ix-xogħolijiet rimedjali neċessarji fi żmien qasir, biex is-saħħa pubblika ma tiġix manifestament ipperikolata."

    Kien f'Awwissu li għadda li l-Pulizija, flimkien m'uffiċjali tad-Dipartiment għas-Servizzi tas-Saħħa, wettqu azzjoni ta' infurzar fuq il-binjiet "Blue Angel Apartments" u "La Paloma" ġewwa Buġibba, wara ilment li d-Dipartiment kien irċieva fid-19 t'Awwissu fuq "kundizzjonijiet mhix iġeniċi, kif ukoll nuqqas ta' faċilitajiet sanitarji ġewwa l-lukanda ex-Paloma." Wara dan l-ilment, id-Dipartiment kkonsultaw mal-Pulizija Distrettwali, kif ukoll dawk tal-RIU u tad-Dipartiment tal-Immigrazzjoni, biex jwettqu l-infurzar fuq il-post nhar it-Tnejn, is-26 t'Awwissu li għadda fis-sitta ta' filgħodu.

    F'dan l-att ta' infurzar, filwaqt li l-pulizija għamlu l-verifika tagħhom fuq il-kerrejja tal-post, id-Dipartiment tas-Saħħa ħa d-deċiżjoni li jissiġilla l-bini. Madanakollu, il-Qorti saħqet li Christopher Drago (dak li kien qiegħed jidher għas-sid Russu tal-propjeta, Bodisthianu Ivanoch) ipproċeda biecx jibda xogħol ta' tindif u manutenzjoni fuq il-bini. Dan ix-xogħol, minkejja li kien ikkonfermat mis-Superintendent tas-Saħħa Pubblika, fl-għajnejn tal-uffiċjali pubbliċi ma kienx konvinċenti biżżejjed biex jordnaw l-ftuħ tal-bini. 

    Jumejn wara l-att ta' infurzar, Drago ippreżenta talba għal mandat ta' injibizzjoni, fejn iddeskriva l-att ta' infurzar mid-Dipartiment tas-Saħħa bħala "eżerċizzju ta' PR pubbliku." Din it-talba kienet proviżorjament milqugħa mill-Qorti.

    Fid-deliberazzjoni tiegħu, l-Imħallef Francesco Depasquale saħaq li, waqt li s-Superintendent tas-Saħħa "kienu a konoxxenza tal-ilment. illi wassal għall-azzjoni odjerna, u huma kellhom żmien biżżejjed biex jikkordinaw l-azzjoni tagħhom... l-uffiċjali responsabbli ma rawx il-ħtieġa tal-urġenza tal-ordni tal-għeluq fl-interess tas-saħħa pubblika tal-kommunita dakinhar stess illi ġew a konoxxenza tagħha, iżda ħarġu l-ordni biss ġimgħa wara, iġifieri dakinhar li kienet qegħda ssir l-ispezzjoni, u mingħajr ma r-rikorrent ma ngħata l-ebda avviż raġjonevoli kif trid il-liġi."

    Il-Qorti saħqet li għalhekk, ma kien hemm ebda raġuni 'prima facie' għaliex il-Mandat ta' Inibizzjoni m'għandux jiġi milqugħ definittivament. Madankollu, hija saħqet li s-sidien tal-propjeta "għandhom jassikuraw li tali xogħolijiet rimedjali jsiru fi żmien qasir, u s-saħħa pubblika mhix qegħda tiġi manifestament ipperikolata."

    Aqra wkoll: http://inewsmalta.com/article.php?ID1=84903

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0