2013 ta' rekord għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta

  • Lul 04, 2013 16:06
  • Miktub minn

    In-numru ta' passiġġieri li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta fl-ewwel nofs tal-2013 irreġista żieda ta' 9.2%, u laħaq in-numru rekord ta' 1,726,486 passiġġier. Din iż-żieda kienet primarjament dovuta għaż-żieda ta' 7.6% fis-seat capacity. Wieħed mill-punti l-aktar notevoli f'dawn ir-riżultati huwa dak li minkejja ż-żieda fis-seat capacity, is-seat load factor medju rreġistra tkabbir ulterjuri ta' punt perċentwali u laħaq rekord ta' 75.1%.

    Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-ajruport internazzjonali ta' Malta. Intqal ukoll li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena, in-numru ta' titjiriet żdied b'5.9%, filwaqt li l-maximum take-off weight (MTOW),żdied b'6.7%. Il-merkanzija u l-posta naqsu b'6.9% fuq l-istess perjodu tal-2012.

    “Meta wieħed iħares lejn is-swieq prinċipali, is-suq Taljan irreġistra l-ogħla tkabbir għall-ewwel sitt xhur tal-2013 b'żieda ta' 16.9%. Segwa s-suq Franċiż b'żieda ta' 14.6%, filwaqt li r-Renju Unit irreġistra żieda ta' 5.5%. Kien reġistrat tnaqqis kemm mis-suq Ġermaniż u kif ukoll minn dak Spanjol, bi 2% u 8.5% rispettivament.

    F'Ġunju, in-numru ta' passiġġieri li għaddew mill-Ajruport żamm ix-xejra tat-tkabbir irreġistrat fix-xhur ta' qabel u kiber b'żieda impressjonanti ta' 9.7% fejn laħaq numru rekord ta' 411,851 passiġġier. In-numru ta' titjiriet irreġistra żieda ta' 8.1% u s-seat capacity kiber b?9.2%. Is-seat load factor medju żdied b'0.4 punti perċentwali fuq dak irreġistrat fl-istess xahar s-sena l-oħra. F'Ġunju kien hemm ukoll żieda ta' 8% fl-MTOW, filwaqt li l-merkanzija u l-posta rreġistraw żieda kbira ta' 22.5%.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Lul 04, 2013

    Frott tal-hidma success li wettaq il-partit nazzjonalista fil-gvern. Imma tohrog il-ghageb din l-gazzetta laburis

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 04, 2013

    U l-anqas ser nahlu bzieq nikkummentaw!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 07, 2013

    Jien taf biex niskanta, meta jekk xi haga tmur tajjeb infahru lil- pn u meta imur hazin anke jek ikun mertu tal -pn li hafna drabi hekk ikun inwahlu fil labour. intom ok jew?? kolla moh maghluq u pasjoni titkelmu tal pn meta ser tikbru naqra?

    Irrispondi