Il-Banda San Ġiljan b’żewg kunċerti ma' artisti Taljani

  • Set 06, 2019 13:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Banda San Ġiljan ser tkun qed ittella' żewġ kunċerti bħala parti mill-Festival ‘Ancient Clarinets and Early Music in Malta’. Dan il-proġett ser jara tlett artisti jikkollaboraw mal-Banda San Ġiljan.

    L-ewwel kunċert ser ikun nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru ġewwa Robert Sammut Hall, il-Furjana. Dan il-kunċert ser ikun imtellgħa minn Rodolfo La Banca fuq il-Klarinett flimkien mal-Mezzo Sopran Jie Xu akkumpanjati minn Chiara Tiboni fuq il-pjanu. L-istess artisti imbagħad ser ikunu qed jingħadu mal-Banda San Ġiljan b’kunċert kollaborattiv nhar il-Ħadd 14 ta’ Settembru fejn ser tingħaqad magħhom l-assistent surmast Jessica Ellul fuq il-Klarinett. Iż-żewg kunċerti ser isiru ġewwa Robert Sammut Hall u ser jibdew fis-7:30pm.

    Il-Banda San Ġiljan tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast residenti Etienne’ Spiteri.

    Dan il-proġett qed ikun mgħejjun mill-Kunsill Malti għall-Arti – Komunitajiet Kreattivi b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta.

    Il-Banda San Ġiljan dejjem fittxet li teżerċita l-għan li għalih ġiet imwaqqfa, għalhekk dan il-Kunċert ser ikompli jservi ta’ tiġdid u tisħiħ ta’ din is-Soċjeta’ li tant hi b’saħħitha mużikalment.

    Kulħadd mistieden u d-dħul huwa b’xejn. Il-pubbliku ġentilment mitlub ikun bilqiegħda fis-7:15pm.

    Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq il-paġna ta’ Facebook: Każin Banda San Ġiljan inkella permezz ta’ email fuq: bandasangiljan@gmail.com

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0