Sa fl-aħħar Triq San Lawrenz fil-Birgu lesta

  • Lul 04, 2013 15:26
  • Miktub minn
"

    Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, ħabbar li dak li ma sarx f’dawn l-aħħar tmin snin, fi Triq San Lawrenz, il-Birgu, tlesta f’60 jum, wara li l-Gvern ikkommetta ruħu biex jiżgura li r-residenti ta’ din it-triq ma jibqgħux ibatu minn inkonvenjenzi.

    F’konferenza tal-aħbarijiet f’April li għadda, il-Ministru kien ħabbar li minkejja li l-kuntratt kien ingħata, it-triq baqgħet qatt ma saret. Is-saga dwar din it-triq issemmiet kemm-il darba fil-Parlament. Fl-2005, kien intqal li mhux se jdum ma jinbeda x-xogħol, fl-2006 kien intqal li t-tender inħareġ u qed jiġi aġġudikat, fl-2007 kien intqal li t-triq se tiddaħħal fil-programm ta’ xogħlijiet li se jsiru dik is-sena, fl-2009 kien intqal li l-ADT lestiet is-servizzi u l-bażi meħtieġa u fl-2010, kien intqal li qed isiru l-arranġamenti biex jinbeda x-xogħol, liema xogħol ma beda qatt.

    Il-Ministru Mizzi qal li mhux biss mhuwiex aċċettabli li x-xogħol idum ma jsir għal dawn is-snin kollha, iżda lanqas huwa aċċettabbli li l-pubbliku u r-residenti tħallew f’dawn l-inkonvenjenzi għal dawn is-snin kollha.

    “Fil-ġimgħat li għaddew”, qal Mizzi, “sar moniteraġġ tax-xogħol biex ikun żgurat li jimxi skont id-dati maqbulin.”

    Din it-triq tkopri madwar 2,000 metru. Fil-fatt, ix-xogħol tħaffef u t-triq tlestiet f’60 ġurnata. Il-Ministru rringrazzja lill-ħaddiema u lil dawk kollha li taw sehemhom biex din it-triq issa hija pavimentata.

    Mizzi temm jgħid li f’dawn l-aħħar mitt jum, sar xogħol infrastrutturali fuq mill-inqas 30 triq residenzjali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    11