Isir il-funeral taż-żewġt aħwa Ingliżi li nqatlu minn ommhom biex tkun tista' tipprostitwixxi aktar lilha nfisha

  • Set 03, 2019 18:34
  • Miktub minn iNews
"

    Il-funeral ta’ żewġt itfal li nqatlu minn ommhom biex ikollha aktar ħin biex tipprostitwixxi ruħha ddominaw l-aħbarijiet fir-Renju Unit.

    Louise Parton, ta’ 23 sena, fagat liż-żewġ uliedha – Lexi Draper ta’ tliet xhur, u Scarlett Vaughan ta’ sena u erba’ xhur – minħabba li kienu qed itellfuha milli tgħix il-ħajja tagħha.

    Wara aktar minn sena mill-qtil tagħhom, iż-żewġt aħwa ndifnu f’ċimiterju f’Walsall.

    Lexi nqatlet f’Jannar tas-sena li għaddiet, bil-mara toqtol lil oħtha ġimagħtejn biss wara. Ix-xahar li għadda ommhom ngħatat sentenza ta’ għomor il-ħabs.

    Fil-Qorti rriżulta li l-mara kienet anke poġġiet għall-bejgħ żewġ basktijiet mimlijin ħwejjeġ tat-tfal. Il-prezz tal-basktijiet mimlijin ħwejjeġ kien ta’ £20 kull basket, madankollu l-mara kienet naqqset il-prezz għal £15 u anke kienet qalet li lesta li twassalhom lix-xerrej. Mhux magħruf jekk xi ħadd kienx xtara l-ħwejjeġ.

    Lexi kienet instabet mejta fil-15 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet. Mill-awtopsja rriżulta li ommha kienet deliberatament imblukkatilha l-passaġġi tal-arja. Il-Qorti semgħet kif l-omm kienet anke ppruvat toqtolha darbtejn oħra b’mod simili.

    Scarlett min-naħa l-oħra nqatlet fl-1 ta’ Frar tal-istess sena u mill-awtopsja rriżulta li hija kellha ġrieħi f’għonqha u kif ukoll sinjali li ġiet fgatha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0