Konsultazzjoni pubblika b’rabta mal-e-scooters... Propost li jkunu liċenzjati u b'polza ta' assigurazzjoni

  • Set 02, 2019 11:54
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar kmieni dalgħodu tnediet il-konsultazzjoni pubblika sabiex ikun regolat l-użu tal-e-scooters f'pajjiżna.

    Dan qiegħed isir biex dan il-mezz ta' trasport ikun aktar sigur filwaqt li jkompli joffri alternattiva tajba għal mezzi ta' trasport tradizzjonali, dan għaliex id-domanda għalih hija waħda li qed tikber ferm b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ.

    Il-Ministru għat-Trasport u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li din il-konsultazzjoni hija miftuħa għal 20 ġurnata u jħares 'il quddiem għal dibattitu interessanti.

    Il-Ministru qal li l-gvern ma jixtieqx projbizzjoni iżda aktar sigurtà għall-poplu kollu. Kien għalhekk li nħass il-bżonn li jkun hemm politika ġdida li tirregola lużu ta’ dawn l-e-scooters.

    Fost affarijiet oħra, biex wieħed juża e-kick scooter irid ikollu 18-il sena, issir reġistrazzjoni ma’ Transport Malta, titħallas liċenzja u anke polza ta' assigurazzjoni.

    Kull min jixtri e-scooter għandu jirreġistrah u jilliċenzjah ma’ Transport Malta. Reġistrazzjoni se tkun qed tiswa €11.65 u l-liċenzja tista €25 kull sena. 

    Minn jagħmel użu minnu jeħtieġ li jilbes ġakketta li tidher minn inżul ix-xemx sa kmieni filgħodu. Jidher li ser jiddaħħlu diversi multi, fosthom għal dawk li jsuqu l-e-scooter f’toroq alterjali u distributorji.

    Min isuqhom se jkun ukoll mitlub iħares ir-regolamenti tat-traffiku, b’veloċità ta’ 10 kilometri fis-siegħa f’żoni pedonali u massimu ta’ 20 kilometru fit-toroq. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0