Il-GWU tikseb l-għarfien ewlieni fl-MRVA

  • Set 02, 2019 11:31
  • Miktub minn iNews
"

    Wara proċess ta’ verifika kien konfermat li l-General Workers’ Union tgawdi l-fiduċja tal-maġġoranza assoluta fil-Malta Residency Visa Agency, u għaldaqstant għandha r-rikonoxximent ewlieni li permezz tiegħu tirrappreżenta u tinnegozzja b’mod kollettiv f’isem l-impjegati ta’ din l-aġenzija. 

    Dan seħħ wara li skrutinju mwettaq mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impġjiegi (DIER) kkonferma li l-Union tirrappreżenta lill-maġġoranza assoluta tal-impjegati fl-aġenzija msemmija. L-iskrutinju seħħ wara li aktar kmieni din is-sena l-GWU għaddiet lid-DIER id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa bil-għan li uffiċjalment ikun konfermat li l-Union tista’ tirrappreżenta b’mod kollettiv lill-impjegati f’dak li huwa negozjar ta’ ftehim kollettiv. 

    Min-naħa tiegħu s-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin irringrazzja lill-impjegati tal-MRVA talli għażlu lill-GWU biex tkun il-union li tirrappreżentahom u tenna li l-GWU se tkun rapreżentanta denja tagħhom. Saħaq li fiż-żmien li ġej l-GWU se tkun qed tinforma lill-amministrazzjoni tal-aġenzija bir-rieda li jinbdew n-negozjati għal ftehim kollettiv li jkollu l-għan li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-impjgeti involuti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0