[Aġġornat] “Il-Ministru tal-Moffa”... Jason Azzopardi b'reazzjoni għall-aħbar tal-ġuri pospost

  • Set 02, 2019 10:08
  • Miktub minn iNews
"

    Intant, il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi, kkritika din l-aħbar f'kumment fuq il-midja soċjali, u infexx jattakka lill-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici bħala "il-Ministru tal-Moffa".

    Qabel:  Il-ġuri tal-"Vojt" pospost għal raġunijiet proċedurali

    Il-Qorti Kriminali pposponiet il-ġuri ta' Etienne Bartolo, magħruf bħala l-"Vojt", wara li l-lista tal-ġurati ma ġietx ippubblikata fil-gazzetta tal-Gvern.

    L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, f'digriet li nħareġ il-bieraħ filgħaxija, ddeċidiet kontra li jsir il-ġuri fid-data tal-bieraħ, hekk kif il-lista tal-ġurati baqgħet ma dehritx fil-gazzetta tal-Gvern. Dan hekk kif elenkat f'Artiklu606(5) tal-Kodiċi Kriminali, li jisħaq "li r-reġistratur għandu jieħu ħsieb li joħroġ fil-Gazzetta tal-Gvern l-ismijiet" tal-ġurati hekk imtellgħin bil-polza." 

    Fid-digriet, l-imsemmija Qorti orndat investigazzjoni biex isir magħruf għaliex din il-proċedura ma kinitx segwita, liema nuqqas wassal għall-posponiment ta' dan il-ġuri. 

    Din id-deċiżjoni ma ttiħditx tant tajjeb mill-150 ġurat potenzjali, li kienu laħqu wasslu fuq il-post qabel ma ġew mgħarrfa li l-ġuri kien pospost. 

    Il-ġuri ġie pospost għal għada. Bartolo, ta' 38 sena minn Birkirkara, qiegħed jiffaċċja akkuża ta' omiċidju ta' Roderick Grech ta' 26 sena, magħruf bħala "ic-China", f'Marzu tal-2017.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0