“Il-kanċer ħadli ħafna imma għallimni wkoll” - tappella lill-pubbliku jgħin lil dawk fi bżonn

  • Set 02, 2019 08:42
  • Miktub minn iNews
"

    Tfajla li iġġieldet il-marda tal-kanċer qed tappella lill-pubbliku jgħin lill-għaqda li għenet lilha fl-iktar mument diffiċli tant li llum tiddeskriviha bħala familja … Puttinu Cares.

    Sara Marston irrakkuntat l-esperjenza tagħha fuq il-media soċjali fejn bdiet biex qalet li meta kellha 17-il sena u kienet qed tipprepara għall-eżamijiet tal-A Levels meta ħasset nefħa f'għonqha.

    “Ma ridtx naħseb ħażin imma wara żjara għand it-tabib, xi testijiet mediċi u żjara bla ħsieb fl-emerġenza, il-ġenituri ma ħasbux li se jingħataw l-aħbar li rċevew f'April 2017”.

    Hija tgħid li sa Mejju ma kinietx taf b'dak li kellha u peress li ma kinietx muġugħa u moħħha kien fl-eżamijiet ma tatx każ.

    Meta saret taf li kellha Hodgkin Lymphoma fit-Tieni Stadju ħassitha fortunata li dan it-tip ta' kanċer inqabad fi stadju pjuttost bikri anke jekk kienet imwerwra u qattgħet l-ewwel lejl tibki.

    Ġimgħa wara bdiet il-kimoterapija u l-ewwel ġimgħa kissret it-tamiet li kellha fejn spiċċat konvinta li ma kinietx se tkun pożittiva biex tiffaċċja din il-marda.

    “Ma kellix bżonn operazzjonijiet la Malta u lanqas barra imma nbierek il-fatt li daħħluni r-Rainbow Ward. L-imħabba u l-kura li sibt mit-tobba u l-infermieri se nibqa' niftakar fihom sakemm nibqa' ngħix”.

    Marston tgħid li kull meta kellha bżonn xi ħaġa, kemm jekk filgħodu kif ukoll jekk filgħaxija, dejjem sabithom hemm mingħajr mistoqsijiet.

    “Kull meta kien tiela l-istonku kienu hemm iżommuli l-borża. Meta kont għajjiena biex nitkellem fehmuni u ma sfurzawnix. Meta kont qed nitlef xagħri u ninbidel b'mod li ma stajtx nimmaġina għamluni nħossni sabiħa. Tistgħu tgħiduli li dan kien xogħlhom imma dawn huma nies ta' veru b'qalb kbira”.

    Hija żżid li kienet tħossha fortunata għax ma kinietx għaddejja mill-istess tbatija li kien għaddej ħaddieħor u anke ħassitha xi ftit ħatja li waqt li hija fieqet ħaddieħor le.

    “Il-kanċer ħadli ħafna. Xagħri, saħħti, id-dehra, il-kunfidenza u diversi memorji li kontx involuta fihom għax kont ġo sodda fl-isptar. Imma l-kanċer tani ħafna wkoll għax għallimni diversi lezzjonijiet”.

    Marston tgħid li l-esperjenza għallmitha tapprezza affarijiet li qabel ma tantx kienet tagħti każhom u l-imħabba li għandha lejn il-ħajja hija kbira u għandha ħafna affarijiet f'moħħha.

    Fl-istess waqt li tgħid li l-kuraġġ huwa nofs il-kura, Marston żiedet li hemm ħafna familji jiddependu minn Puttinu u appellat lill-pubbliku biex jikkontribwixxi għall-ġbir li se jsir bejn it-13 u l-15 ta' Settembru waqt il-maratona sportiva.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0