Il-President George Vella jattendi ċ-ċerimonja ta' kommemorazzjoni li tfakkar it-80 sena mill-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija

  • Set 01, 2019 16:51
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President George Vella attenda ċ-ċerimonja uffiċjali ta’ kommemorazzjoni tat-80 sena mindu bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija. Iċ-ċerimonja nżammet fil-Pjazza ta’ Pilsudki f’Warsaw.

    Il-President Vella ntlaqa’ mill-President Pollakk Andrzej Duda.

    Il-President Andrzej Duda u l-President Ġermaniż Frank-Walter Steinmeier, kif ukoll il-Viċi President Amerikan Michael Pence għamlu diskorsi dwar is-sinjifikanza taċ-ċerimonja biex jiġu onorati dawk kolla li mietu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u kif ukoll tkellmu dwar ir-riżultat distruttiv u traġiku tat-tħaddin ta’ ideoloġija ħżiena.

    Iċ-ċerimonja ġiet fi tmiemha bit-tqegħid ta’ fjuri fil-Monument tas-“Suldat mhux Magħruf” fil-Pjazza ta’ Pilsudski.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0