[AĠĠORNAT] “Bħalek qatt u ħadd” … Titħassar l-inawgurazzjoni tal-monument tal-Madonna taċ-Ċintura tal-Gudja

  • Set 01, 2019 13:41
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Gudja qed tibki l-bandist Savio Cassar, bandist mill-Għaqda mużikali Marija Assunta tal-istess raħal. Kienu bosta dawk id-dilettati tal-festa li rrikorrew fuq il-midja soċjali biex jesprimu s-sogħba tagħhom għall-mewt tiegħu, b’bosta jfakkru kemm kellu għal qalbu l-lokalità tal-Gudja u l-mużika.

    “Salvu”, hekk kif kien magħruf fil-Gudja, kien attivist kbir fil-festa tal-Madonna taċ-Ċintura tal-Gudja.

    Jispikka l-kumment tas-Segretarju tas-soċjetà li tagħha Savio kien jagħmel parti, li temm il-kumment tiegħu “Bħalek qatt u ħadd”.

    Intant l-inawgurazzjoni tal-monument tal-Madonna taċ-Ċintura tal-Gudja li kellha ssir nhar l-Erbgħa li ġej tħassret. Ikkonferma dan il-Kumitat tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta li saħaq li l-inawgurazzjoni tħassret bħala luttu u f’turija ta’ rispett għat-telf tal-bandist Savio Cassar. Il-Kumitat żied javża li l-attività se tkun qed issir f’data oħra.

    Intant il-funeral tal-bandist Savio Cassar se tkun qed issir nhar it-Tlieta, 3 ta’ Settembru, fit-3.00 p.m. fil-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali ta’ Santa Marija, il-Gudja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0