MAPFRE MALTA torganizza avveniment biex jinġabru fondi għall-Hospice

  • Aww 30, 2019 13:54
  • Miktub minn iNews
"

    Bħala parti mill-programm ta’ responsabbilità soċjali, il-Grupp MAPFRE Malta organizza attività ħelwa fejn ġew mibjugħa ġelati bl-għan li jinġabru fondi għall-organizzazjoni Hospice Malta.

    Imwaqqfa fl-1989, l-irwol ewlieni ta’ Hospice Malta huwa li jipprovdi kura paljattiva għall-persuni li għaddejin mill-marda tal-kanċer jew mard ieħor newrloġiku. Matul dan l-aħħar snin, il-ħieġa għall-kura pajattiva żdiedet, u b’hekk Hospice żiedet is-servizzi li jiġu offruti, fosthom servizzi fil-komunità għall-pazjenti li waslu fl-aħħar ta’ ħajjithom minħabba problemi serji fil-qalb, kliewi jew fwied.

    Waqt din l-attività, 14 -il voluntier minn MAPFRE Middlesea u MAPFRE MSV Life għenu biex din tkun ta’ suċċess. B’hekk inġabret somma sabiħa li ingħatat lil Hospice Malta.

    “Meta kont żgħira, kont nippretendi li jien tal-ġelat! Din id-darba, kelli iċ-ċans nieħu dan l-irwol għal kawża ġusta. Kien mhux biss ta’ pjaċir iżda ukoll ta’ sodisfazzjoni li ġbarna somma sabiħa biex ngħinu lil ħaddieħor,” qalet Olivia Darmanin, Uffiċjal Kap ta’ Underwriting f’MAPFRE Middlesea, li kienet parti mit-tim li organizzaw din l-attività b’risq Hospice Malta.

    MAPFRE Middlesea p.l.c (C-5553) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ' Malta (MFSA) biex tmexxi Negozju fit-tul u Generali skont l-Att dwar il-Kummerc tal-Assigurazzjoni, Kap 403 tal-Liġijiet ta’ Malta.

    MAPFRE MSV Life p.l.c. (C-15722) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta ' Malta biex tmexxi negozju tal-assigurazzjoni fit-tul taħt l-Att dwar il-Kummerc tal- Assigurazzjoni, Kap 403 tal-Liġijiet ta’ Malta.

    L-entitajiet kollha huma regolati mill-MFSA.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0