Il-kunċert annwali ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa

  • Aww 28, 2019 11:41
  • Miktub minn iNews
"

    L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina A.D.1947 tal-Mellieħa se tkun qiegħda żżomm l-appuntament tagħha billi ttella’ l-kunċert annwali fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina nhar il-Ħadd 1 ta’ Settembru fit-20.15 fil-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa, kunċert li kiseb popolarità kbira u li hu mfittex minn ħafna.  

    Dan il-kunċert se jkun mżewwaq b’diversi tipi ta’ mużika, minn stil klassiku sa dak modern, u li se jolqot l-gosti ta’ kulħadd. DaniIl-kunċert mużikali li ilu jigi mtellgħa mill-1992, se jkollu fi ħdanu kantanti, żeffiena, kor u orkestra u diversi protagonisti oħra fosthom Claire Caruana, Ludwig Galea, Sarah Bonnici, Marsa Pipes and Drums, u kif ukoll Paul Curmi Dancers. 

    L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tistieden lill-pubbliku sabiex jattendi għal dan il-kunċert ferm imżewwaq bħal dejjem.  

    Ta’ min jgħid ukoll li d-daqq li jsir fil-knisja Arċipretali tal-Mellieħa kemm ta’ lejliet kif ukoll ta’ nhar il-festa huma fir-responsabilta’ tal-kor u l-orkestra tal-istess Għaqda. Il-mużika tal-quddies u l-għasar li jindaqqu fil-festa, hija kompożizzjoni tal-eks-surmast tal-Għaqda Mro Carmel Muscat, filwaqt li ż-żewg antifoni huma ta’ Mro. Carmel Muscat u t’Aronne Sultana. 

    Id-direzzjoni mużikali se tkun ta’ Mro. Michael Bonanno.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0