‘Calypsoed’: festa ta’ mużika ħdejn l-Għar ta’ Calypso fix-Xagħra Għawdex

  • Aww 28, 2019 11:23
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana nediet l-attività kulturali ‘Calypsoed’, festa ta’ mużika li se tittella’ ħdejn is-sit turistiku tal-Għar ta’ Calypso fix-Xagħra Għawdex. 

    Il-qofol ta’ din l-attività, imtella’ mix-Xagħra United Football Club, se jkun il-kunċert mill-grupp popolari ta’ The Travellers.

    Il-Ministru Caruana spjegat kif din l-attività ser tittella’ b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, dan grazzi għall-fondi mill-iskema tal-attivitajiet kulturali. 

    Il-Ministru Caruana żiedet tgħid kif din; “hija opportunità biex bħala Ministeru għal Għawdex inkomplu nipromwovu mhux biss it-talent lokali imma wkoll il-wirt kulturali u naturali tagħna, speċjalment meta wieħed iqis illi l-inħawi ta’ Calypso Cave huma attrazzjonijiet importanti f’Għawdex u huma wkoll mertu ta’ proġett illi qed jaħdem fuqu l-Ministeru għal Għawdex biex inkomplu nippreservaw l-ambjenti naturali li għandha, speċjalment hawnekk f’din iż-żona li għandha rabtiet u għeruq storiċi importanti ħafna, saħansitra sa żmien il-mitoloġija Griega.”

     

    Il-Ministru Caruana stqarret li l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex, dik li jiffaċilita l-aċċess tal-kultura għal kulħadd, qed jilħaq l-għanijiet tiegħu peress li qed jiġu organizzati bosta attivitajiet li jmorru lil hinn mill-postijiet li ġeneralment huma sinonimi ma’ dawn l-attivitajiet. Hi fakkret kif matul ix-xhur tas-sajf ġew organizzati attivitajiet f’kull rokna tal-gżira, li dejjem attiraw lejhom attendenza numeruża.

     

    Din l-attività ser tittella’ fil-31 ta’ Awissu mill-klabb tal-futbol tax-Xagħra United, tim li għadu ħiereġ frisk miċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal-leg tat-tieni diviżjoni, u b’hekk il-promozzjoni għall-ewwel diviżjoni fil-kampjonat Għawdxi.

     

    Fost il-kantanti lokali u gruppi mużikali ser jieħdu sehem f’din l-attività, insibu lil The Travellers, Grove Street, DJ Pierre Cordina, u diversi kantanti oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0