Il-mexxejja tal-G7 jaqblu li jagħtu l-appoġġ biex jieqfu n-nirien fl-Amazon

  • Aww 26, 2019 15:34
  • Miktub minn iNews
"

    Il-mexxejja internazzjonali fis-summit tal-G7 qablu li jipprovdu appoġġ loġistiku u finanzjarju biex jgħinu fit-trażżin tan-nirien fil-foresta tal-Amazon.

    Il-President Franċiż, Emmanuel Macron qal li l-pajjiżi tal-G7 se jagħtu $22 miljun.

    Il-ftehim intleħaq hekk kif il-mexxejja tal-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti kienu qed jitlaqgħu f’Biarritz fi Franza. 

    Jidher li fil-Brażil, l-aktar fl-Amazon hemm numru rekord ta’ nirien jaqbdu u għalhekk il-President Macron qal li l-fondi se jkunu disponibbli immedjatament biex primarjament iħallsu għal aktar ajruplani għat-tifi tan-nar. 

    Barra minn hekk, Franza se toffri wkoll appoġġ militari, bit-truppi li jinsabu fir-reġjun imorru jassistu fis-sigħat li ġejjin. 

    Macron iddeskriva s-sitwazzjoni bħala kriżi internazzjonali u sforza lill-mexxejja biex jagħtu prijorità lil din is-sitwazzjoni. Il-mexxejja mistennija jiddiskutu wkoll pjani ta’ afforestazzjoni fl-Amazon matul l-assemble ġenerali tal-Ġnus Magħquda f’Settembru. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0