Waterpolo: Finali tan-Knock-Out: Marsaskala għat-12-il darba

  • Aww 25, 2019 21:42
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    I Diviżjoni

    Marsaskala................... 10

    Birżebbuġa..................... 9

    (4-2, 3-2, 1-2, 2-3)

    Marsakala rebħu n-Knock-Out tal-Ewwel Di­viżjoni  għat-12-il darba fl-istorja tagħhom meta għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ta' 10-9.

    Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 4-2, bil-goals għalihom jaslu minn Konstantin Averka (2), Kristijan Milakovic u Jan Culic. Birżebbuġa wieġbu permezz ta' doppjetta personali ta' Antonio Petkovic bl-ewwel goal jasal minn penalty.

    L-Iskalin rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba b'punteġġ ta' 3-2 bl-awturi tal-goals ikunu Kristijan Milakovic (2) u Luca Felice. Dan filwaqt li għal Birzebbuġa, skorjaw Antonio Petkovic u Neil Cassar.

    Fit-tielet sessjoni kienet im­perattiva reazzjoni minn  Birżebbuġa u hekk ġara hekk kif huma ttrijonfaw bl-iskor ta' 2-1 bil-protagonisti jkunu Antonio Petkovic minn sitwazzjoni ta' man-up wara li tkeċċa Jan Culic u Jake Bajada minn man-up ieħor din id-darba wara li tkeċċa Luca Felice.

    Kontantin Averka skorja l-uniku goal għat-team immexxi mill-coach Dorian Pi­sani.

    Birżebbuġa rebħu wkoll l-aħħar sessjoni din id-darba bl-iskor ta' 3-2 iżda xorta waħda dan ma kienx biżżejjed għalihom biex almenu jisfurzaw l-għoti tal-penalties hekk kif l-Iskalin ħarġu rebbieħa 10-9.

    Għalihom skorjaw  Jake Bajada u Antonio Petkovic (2) bl-ewwel goal  jasal mir-rebound wara li ra lill-goalkeeper ta' Birżebbuġa Jurgen Micallef isalvalu penalty.

    Konstantin Averka u Kristijan Milakovic wieġbu għal Marsaskala.

    Marsaskala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Ayrton Camenzuli, 4-Malcolm Manara, 5-Max Aquilina, 6-Liam Grixti, 7-Kyle Navarro, 8-Kristijan Milakovic (4), 9-Konstantin Averka (4), 10-Jan Culic (1), 11-Reinhard Attard, 12-Daniel Borg Millo, 13-Max Borg, 14-Luca Felice (1) - Coach: Dorian Pisani

    Biżebbuġa: 1-Daniel Spiteri, 2-Max Borg, 3-Neil Cassar (1), 4-David Pace Lupi, 5-Russell Spiteri, 6-Antonio Petkovic (6), 7-Simon Vassallo, 8-David Cutajar, 9-Jake Bajada (2), 10-Mikhael Cutajar, 11-Antun Goreta, 12-Mattias Ortoleva, 13-Andrew Bugeja - Coach: Pierre Borg

    Referees: Ronnie Spiteri, Giuseppe Fusco

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0