Waterpolo: Finali tan-Knock-Out: Neptunes għas-16-il darba

  • Aww 25, 2019 21:41
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Premier

    Neptunes...................... 10

    Sliema............................ 8

    (3-1, 2-3, 4-3, 1-1)

    Neptunes rebħu n-Knock- Out tal-Premier għas-16-il darba fl-istorja glorjuża tagħhom meta meritatament għelbu lir-rivali eterni, Sliema, bl-iskor ta' 10-8.

    Madankollu, wieħed ma jrid ineħħi xejn mill-mertu ta' Sliema li kellhow wirja qalbiena u kif jindika l-iskor offrew oppożizzjoni denja lill-avversarji tagħhom matul il-logħba kollha.

    Neptunes ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-1 bl-iskorers għalihom ikunu Darko Brguljan minn sitwazzjoni ta' man-up wara li tkeċċa Michael Spiteri Staines, Jordan Camilleri u ħuh Stevie Camilleri minn penalty. Gavril Subotic minn penalty skorja l-uniku goal għas-Slimiżi.

    Fit-tieni sessjoni, Sliema wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħuha b'punteġġ ta' 3-2 bl-awturi tal-goals ikunu Nicholas Bugelli minn man-up wara li tkeċċa Stevie Camilleri, Gavril Subotic u Michael Spiteri Staines. Dan filwaqt li Stevie Camilleri minn penalty u Petar Muslim wieġbu għat-team mill-Balluta.

    Fit-tieliet sessjoni Neptunes irritornaw għar-rebħ b'punteġġ ta' 4-3 bil-prota­gonisti jkunu Nikolai Zammit minn man-up wara li tkeċċa Jamie Gambin u Jordan Camilleri minn man-up ieħor din id-darba wara li tkeċċa Liam Galea, Petar Muslim ... u Darko Brguljan.

    Min-naħa l-oħra, Jerome Gabarretta, Liam Galea u Norbert Hoznyansky sabu x-xibka għall-Blues.

    L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta' 1-1 b'Nicholas Bugelli jiskorja għal Sliema, waqt li Darko Brguljan minn man-up wara li tkeċċa Mark Meli, wieġeb għal Neptunes.

    Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon, 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace, 5-Petar Muslim (2), 6-Darko Brguljan (3), 7-Stevie Camilleri (2), 8-Jordan Camilleri (2), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Jake Muscat, 12-Matthias Azzopardi, 13-Benji Busuttil - Coach: Jovan Popovic

    Sliema: 1-Joseph Parnis, 2-Jerome Gabarretta (1), 3-Gavril Subotic (2), 4-Jacob Sciberras, 5-Mark Meli, 6-Norbert Hoznyansky (1), 7-Michael Spiteri Staines (1), 8-Liam Galea (1), 9-Benji Cachia, 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi, 12-Nicholas Bugelli (2), 13-Miguel Vassallo - Coach: Sergio Afric

    Referees: Massimo Angi­leri, Attilio Paoletti

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0