Jikber l-investiment barrani fl-IT fir-Renju Unit

  • Aww 25, 2019 20:24
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kumpaniji teknoloġiċi tar-Renju Unit attiraw rekord ta’ 5.5 biljun sterlina f’investiment barrani fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena. Għal kull ras, dan kien akbar mill-ammont investit fl-Istati Uniti. Skont esperti tas-suq, dan seħħ primarjament grazzi għad-djugħfija tal-isterlina li qed tattira aktar investituri lejn dan il-pajjiż kif ukoll il-fatt li bosta kumpaniji Ażjatiċi huma mħassba mis-sitwazzjoni fl-Istati Uniti u ċ-Ċina u qed inaqqsu l-investiment tagħhom hemmhek.

    Ironikament, dawn iż-żidiet seħħew f’perjodu fejn l-investiment komplessiv fir-Renju Unit qed jonqos, kawża ta’ inċertezzi dwar x’se jkunu l-arranġamenti kummerċjali futuri mal-Unjoni Ewropea. Tant u hekk, li fix-xahar ta’ Ġunju l-FDI Ingliż irreġistra l-anqas livell fl-aħħar sitt snin.

    Dan l-investiment jirrifletti l-isforzi tal-kumpaniji tar-Renju Unit li qed iduru lejn l-Ażja biex ifittxu l-kapital, b’mod partikolari f’venture capital funds f’pajjiżi bħal Singapor. Min-naħa tagħhom, dawn il-kumpaniji Ażjatiċi qed jaraw fir-Renju Unit aktar sigurtà meta mqabbel ma’ investiment fiċ-Ċina jew l-Amerika. 

    Fost l-aktar investimenti importanti kien hemm dak ta’ 800 miljun dollaru minn Softbank tal-Ġappun fi Greensill, li tipprovdi self fuq qasir żmien lill-intrapriżi u l-investiment ta’ Clermont Group, kumpanija minn Singapor, li poġġiet 400 miljun dollaru f’OakNorth Bank, bank diġitali li jispeċjalizza fl-SMEs.

    L-akbar investitur Amerikan kienu Amazon li investa nofs biljun dollaru f’Deliveroo, kumpanija tad-delivery tat-takeaways.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0