Kollaborazzjoni bejn l-FKNK u l-Ministeru tal-Edukazzjoni

  • Aww 25, 2019 19:06
  • Miktub minn iNews
"

    Biex ingħata bidu għall-aktar kollaborazzjoni diretta bejn il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, din il-ġimgħa, uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta' Ħ'Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf.
     
    Fil-preżenza ta' Kelb tal-Kaċċa ta' Malta u ta' Kelb tal-Fenek, it-tfal ingħataw informazzjoni rigward l-oriġini taż-żewġ razez, l-użu prinċipali tagħhom u l-karatteristiċi li għandhom dawn il-klieb.  Kienu wkoll preżenti membri tal-'Malta Falconers Club' (MFC) li għamlu preżentazzjoni fuq il-Bies, magħruf ukoll bħala 'The Maltese Falcon', ir-rabta storika li dan il-falkun għandu ma Malta, u t-teknika antika tal-falkunerija li hija waħda mill-eqdem prattiċi tradizzjoni ta’ kaċċa eżistenti.  Il-MFC hija waħda minn diversi organizzazjonijiet affiljati mall-FKNK.
     
    Il-FKNK trid tirringrazzja lill-għalliema tal-iskola Primarja ta' Ħ'Attard, kif ukoll lill-membri Salvu Galea u Joseph Parnis li akkumpanjaw l-klieb tagħhom għal din l-attivita'.
     
    Aktar kmieni din is-sena, uffiċjali tal-FKNK kellhom laqgħat ma' Direttur u Ufficjal ieħor mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.  Huma ippjanati aktar żjarat mill-FKNK f'diversi skejjel matul is-sena skolastika li jmiss, fejn il-FKNK tkun tista tispjega r-rwol u l-kontribuzzjoni tal-kaċċaturi u n-nassaba u l-istess FKNK versu l-konservazzjoni tal-ambjent naturali inkluż l-flora u l-fawna fil-kampanja tal-gżejjer Maltin.
     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0