“Nappoġġjaw kull sforz biex tiżdied il-preżenza trejdunjonistika fuq il-post tax-xogħol”

  • Aww 25, 2019 18:25
  • Miktub minn Matthew Charles Zammit
"

    Fi stqarrija, l-Alternattiva Demokratika rreaġixxiet għall-proposta tal-General Workers' Union dwar sħubija mandatorja tal-ħaddiema f'għaqda trejd-unjonistika tal-għażla tagħhom. Filwaqt li appellat lill-GWU "biex tlaħħam il-proposta tagħha u tispjegaha f'iktar dettal", l-AD saħqet li s-solidarjeta "għandha tkun il-pedament tal-politika soċjali."

    L-AD għaddew botta indiretta fil-konfront tal-eks Chairman tal-AD Arnold Cassola, li iktar kmieni din il-ġimgħa, ddeskriva l-proposta tal-GWU "bħala skema biex il-Union tagħmel il-flus, minflok waħda li tgħin lill-interessi tal-ħaddiema. Kull ħaddiem għandu jkun inkoraġġjat li jingħaqad ġewwa għaqda trejd-unjonistika, għaliex dan huwa fl-interess tagħhom. Pero li tobbliga lill-ħaddiema biex jiffurmaw parti ma' Union mhix korrett."

    Fir-risposta tagħhom, il-kelliema tal-Alternattiva Demokratika għall-politika soċjali, Anna Azzopardi, rribattiet: "Li wieħed iwarrab bla ebda konsiderazzjoni l-proposta tal-GWU, kif rajna dan l-aħħar, ifisser nuqqas ta' għarfien tad-dinja tax-xogħol, u tal-iżbilanċ fil-poter effettiv bejn min iħaddem u dawk li jaħdmu, speċjalment f'ċertu setturi tal-ekonomija."

    Intant, ic-Chairman tal-AD Carmel Cacopardo, saħaq li "l-ħarsien tal-ħaddiema vulnerabbli għandha tkun prijorita nazzjonali. Tappoġġa għaldaqstant kull sforz biex tiżdied il-preżenza trejdunjonistika fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll l-għaqda bejn il-ħaddiema fuq kull post tax-xogħol."

    Filwaqt li għamel referenza għal dawk il-ħaddiema l-iktar vulnerabbli, l-iktar "dawk b'kuntratti part-time mingħajr rabta ta' numru ta' siegħat minimi", l-AD tennet li s-solidarjeta mal-ħaddiema, u bejn il-ħaddiema "għandha tkun il-pedament tal-politika soċjali."

    "AD hi tal-fehma li din il-proposta hija motivata mill-ħtieġa li s-solidarjeta tkun dejjem iktar il-bażi tal-ħidma trejdunjonistika biex jitħarsu l-ħaddiema vulnerabbli. AD hija tal-fehma li l-GWU għandha tlaħħam iktar il-proposta taħgha, u tispjegaha f'iktar dettal. Għal dan l-iskop, l-AD tistieden lill-GWU biex tippubblika dettalji dwar il-proposta tagħha, inkluż informazzjoni dwar esperjenzi simili f'pajjiżi oħra."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0