Ryanair tippjana li tikkonsolida l-kumpaniji sussidjarji

  • Aww 25, 2019 17:38
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Filwaqt li r-Ryanair fetħet il-kumpanija sussidjarja f’Malta bl-isem ta’ Malta Air, din għandha f’moħħha li tikkonsolida dawn il-kumpaniji sussidjarji u mhux li tibni aktar kumpaniji ġodda. Min-naħa l-oħra, ma teskludix li jekk ikun hemm linji tal-ajru li jispiċċaw f’diffikultà, hi tkun lesta li takkwistahom.

    Kien l-Uffiċjal Kap Finanzjarju ta’ Ryanair, Neil Sorahan li ma’ Forbes spjega li fl-aħħar xhur il-kumpanija Irlandiża adottat strateġija li jkollha diversi ditti u allura stabbilixxiet tliet linji tal-ajru. Dawn huma l-Lauda li hi bbażata fl-Awstrija, il-Buzz li hi bbażata fil-Polonja u l-Malta Air li hi bbażata proprju f’pajjiżna. Barra minn hekk, Ryanair ħolqot kumpanija oħra sussidjarja fir-Renju Unit li bħalissa mhix operattiva. Din inħolqot biex f’każ li jkun hemm Brexit bla ftehim, tkun tista’ tintuża biex jitnaqqas it-tfixkil relatat. 

    Sorohan spjega li bil-kumpaniji li għandha bħalissa Ryanair, din tista’ toffri ħafna għażliet. Qal li wisq probabbli dawn huma biżżejjed, però semma li fix-xhur tax-xitwa jista’ jkun hemm linji tal-ajru li jmorru ħażin u għalhekk jista’ jkun li Ryanair tinvesti f’kumpanija minnhom. 

    L-uffiċjal ta’ Ryanair qal li s-sussidjarji fl-Awstrija u fil-Polonja diġà qegħdin jippjanaw li jespandu fir-reġjuni rispettivi tagħhom. Spjega li l-Lauda qiegħda tikber sew u probabbilment se tiftaħ bażi oħra barra mill-Awstrija u l-Ġermanja matul is-sena li ġejja. Min-naħa l-oħra, hu semma li l-linja l-oħra - il-Buzz, diġà għandha ħafna opportunitajiet fiċ-ċentru u fil-Lvant tal-Ewropa, u aktarx tkun dik li ġġibilhom it-tkabbir f’dik in-naħa tad-dinja. 

    Fil-fatt, analisti li tkellmu ma’ Forbes qalu li jaraw lil Lauda u Buzz bħala risposta kompetittiva għall-pożizzjonijiet b’saħħithom li għandhom il-Lufthansa fil-Ġermanja u l-Wizz Air fil-Lvant tal-Ewropa. 

    Intant, is-sitwazzjoni f’Malta hi aktar sottili fejn il-linja tal-ajru nazzjonali, l-Air Malta mhix daqstant ta’ theddida għar-Ryanair minħabba l-istrateġija tagħha ta’ tkabbir li hi pjuttost konservattiva. Filwaqt li jispjega li ma tantx hemm skop ta’ tkabbir fil-Mediterran, Ryanair temmen li permezz tal-Malta Air se tkun tista’ tespandi lejn l-Afrika ta’ Fuq u lejn il-Lvant Nofsani. 

    Fil-preżent Ryanair taqdik biss tliet pajjiżi fid-dinja Għarbija u Lhudija li huma l-Marokk, il-Ġordan u Iżrael. Permezz tal-Malta Air, Ryanair se tkun tista’ tespandi l-postijiet li tilħaq mingħajr ma tikkomprometti l-ħinijiet tat-titjiriet qosra u kemm iddum biex terġa’ ttir. 

    Sorohan qal li l-intenzjoni tal-kumpanija hi li żżomm il-ħin medju tat-titjiriet f’kull settur għal madwar sagħtejn. Spjega li l-maġġoranza tal-ajruplani jagħmlu bejn sitta u tmien settur fil-ġurnata u m’għandhomx pjani li jżidu titjiriet ta’ ħamsa jew sitt sigħat fin-netwerk tagħhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0